Left arrow Go Back

PASSI LEGALI KONTRA L-ĠURNAL KULLĦADD

pr1393
Date Icon 30/09/2008
Illum is-SegretarjuParlamentari responsabbli ghall-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’, l-Onor.  Mario Galea għamel kwerela għand il-pulizija fejn talabhom jieħdu passi kontra l-ġurnal Kullħadd.   Fil-kwerela ppreżentata, s-Segretarju Parlamentari Mario Galea spjega kif fil-21 ta’ Settembru 2008 deher artiklu fuq il-paġna ta’ wara ta’ Il-Kulħadd, fuq inċident fil-kamra mortwarja tar-Residenza San Vinċenz de Paul.
F’dan l-artiklusaru allegazzjonijiet infondati u l-fatti ta’ kif ġraw l-affarijiet ġew maqluba ta’ taħt fuq mill-ġurnal Kullħadd.  Il-ġurnal ried li ħaddiem li ttieħdu passi dixxiplinarji kontra tiegħu jerġa’ jiddaħħal lura għax-xogħol.  Il-ġurnal iddefenda lil min naqas minn dmirijietu.
Dak in-nhar stessis-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ħareg stqarrija fejn fiha elenka il-fatti kif fil-fatt ġraw, u ġie spjegat x’passi kienu ttieħdu mill-ewwel wara li ġie rrappurtat dak l-inċident.   Dak inhar stess li deher l-artiklu, il-ġurnal ġie konsenjat b’din it-tweġiba u ntalab biex kif jitlob l-Art. 21 tal-Kap 248 tal-liġijiet ta’ Malta, jippubblika dik it-tweġiba bl-istesstipa uprominenza jiġifierifil-paġnata’waratal-ġurnalKullħadd.
Fil-ħarga ta’wara tal-Kullħadd jiġifieri il-Ħadd, 28 ta’ Settembru 2008, dan il-ġurnal injora l-obbligazzjonijiet legali tiegħu.  Minkejja li kellu l-fatti f’idejh reġa’ rrepeta l-istess allegazzjoni li kienu saru mill-istess ġurnal l-Ħadd ta’ qabel.  It-tweġiba tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ġiet ippubblikata fil-paġni ta’ ġewwa bħala sempliċi ittra lill-editur, dan bi ksur tal-provvedimenti ta’ l-Att dwar il-Liġi tal-Istampa (Kap 248 tal-Liġijiet ta’ Malta).
Illum saret talbabiex jibdew proċeduri kontra l-ġurnal Kullħadd. Hija tal-mistħija kif dan il-ġurnal għazel li jkompli jinsisti b’allegazzjonijiet infondati.  Għall-ġurnal Kullħadd jidher li l-allegazzjonijiet infondati huma aktar importanti mill-fatti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Imħabbra passi konkreti dwar il-ħarsien tal-annimali f’pajjiżna waqt laqgħa mal-għaqdiet volontarji fis-settur

PR261978

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

More Press Releases Right arrow