“INĦEĠĠU LIL MIN JIFLAĦ JAGĦTI DEMM”
pr1392
30/09/2008
| Il-Kmamar | tal-Kumitati fil-Parlament illum imtlew b’attività mhux tas-soltu fejn numru ta’ Deputati u uffiċjali parlamentari flimkien mal-Ispeaker taw id-demm. Grupp ta’ nurses ramaw l-apparat meħtieġ biex waqt is-Seduta tal-Parlament, il-Kmamar tal-Kumitat servew bħala fergħa tal-Bank tad-Demm. |
| “Is-servizzi | tas-saħħa f’Malta u Għawdex għandhom bżonn provvistà kontinwa ta’ demm għall-ġid ta’ min jiġi bżonnu fl-isptarijiet tagħna. Infatti mhux l-ewwel darba li kellhom jiġu posposti operazzjonijiet importanti minħabba n-nuqqas ta’ demm ta’ tip jew ieħor. L-għoti tad-demm hu ġest sabiħ u att ta’ karità. Inħeġġu lil min jiflaħ biex jagħti d-demm.” Dan qalu l-Ispeaker tal-Kamra Louis Galea li fisser li l-Membri Parlamentari bl-eżempju tagħhom riedu jagħmlu appell biex aktar Maltin u Għawdxin ikunu ġenerużi u jagħtu d-demm fil-Bank tad-Demm jew fil-Mobile Unit. Il-Kamra tad-Deputati llum uriet kif kapaċi toħloq attività li biha mhux biss tkun qed titkellem dwar il-mod ta’ kif għandhom isiru l-affarijiet f’pajjiżna iżda saret azzjoni konkreta u pozittiva” |
| L-iSpeaker Louis Galea flimkien ma’ l-Onor David | Agius, Whip tal-Gvern, u l-Onor Joseph Sammut, A/Whip ta’ l-Oppożizzjoni, u diversi Membri Parlamentari attendew u taw id-demm f’din l-okkażjoni. |
| Din hi t-tieni darba li Deputati Parlamentari | miż-żewġ naħat tal-Kamra taw id-Demm. |
| L-intenzjoni hi li attività bħal din terġa ssir | fil-futur qrib. |
Other Press Releases:
PR261978
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...
PR261977