IL-KUMMISSJONI DWAR IL-VJOLENZA DOMESTIKA TIPPREŻENTA T-TIENI RAPPORT TAGĦHA
pr1387
30/09/2008
| Il-Kummissjoni | dwar il-Vjolenza Domestika llum ippreżentat it-tieni rapport annwali tagħha lill-Onor. John Dalli, Ministru għall-Politika Soċjali. |
| Matul it-tieni | sena ta’ ħidma tagħha, il-Kummissjoni tal-Vjolenza Domestika kompliet taħdem sabiex twettaq il-funzjonijiet mogħtija lilha skond il-liġi. Parti importanti tax-xogħol kien li tkompli tqajjem kuxjenza dwar il-problema tal-vjolenza domestika f’Malta. Il-Kummissjoni ħadmet ma’ l-entitajiet li huma direttament jew indirettament involuti fil-qasam tal-vjolenza domestika u flimkien organizzaw kampaniji ta’ informazzjoni madwar Malta u Għawdex. |
| Il-Kummissjoni | kompliet issaħħaħ il-ħidma tagħha permezz ta’ tliet sotto-kumitati: wieħed dwar l-Iżvilupp ta’ Servizzi, ieħor dwar ir-Riċerka u Ġbir ta’ Data, u ieħor għall-Kampanja ta’ Għarfien. Dawn is-sotto-kumitati huma magħmula minn rappreżentanti ta’ entitiajiet li huma b’xi mod involuti fil-qasam tal-vjolenza domestika, inkluż persuna li kienet użat is-servizzi. Kull sotto-kumitat JAGĦMEL XOGĦLU sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel suġġerimenti biex ittejjeb is-servizzi – dan jinkludi xi riċerka li hemm bżonn biex dejjem ikollna stampa aktar ċara tal-vjolenza domestika f’pajjiżna. |
| Il-Kummissjoni | baqgħet tieħu sehem attiv fil-Kampanja organizzata mill-Kunsill ta’ l-Ewropa sabiex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa, kif ukoll il-vjolenza domestika billi attendiet konferenzi u seminars li ġew organizzati; iċ-Chairperson u membri oħra ġew mistiedna biex jagħtu preżentazzjonijiet waqt dawn is-seminars. |
| Il-Kummissjoni | tal-Vjolenza Domestika ser tkompli taħdem sabiex il-problema tal-vjolenza domestika tingħata l-importanza u l-priorita` meħtieġa, u sabiex dawk il-persuni li jesperjenzaw il-vjolenza domestika jingħataw l-aħjar servizz ħalli jerġgħu jintegraw fis-soċjeta` maltija. Biex dan iseħħ hemm bżonn il-kooperazzjoni ta’ l-entitajiet konċernati, u għalhekk il-Kummissjoni ser tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn id-diversi aġenżiji li b’xi mod imissu mal-qasam. |
Other Press Releases:
PR261978
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...
PR261977