STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
pr1379
29/09/2008
| Diskussjoni | dwar riforma fil-Politika Komuni tas-Sajd tal-Unjoni Ewropea |
| Il-Politika | Komuni tas-Sajd li ddaħħlet fl-2002 wasslet biex kien irreġistrat progress f’numru ta’ oqsma. Din ir-riforma eventwalment trid tigi riformata fl-2012 u għalhekk dan huwa ż-żmien adattat li l-istess Politika Komuni tiġi evalwata biex ir-riforma tkun tista’ tindirizza numru ta’ issues importanti bħalma hi l-konservazzjoni ta’ speċi ta’ ħut mhedda kawża ta’ sajd insostenibbli. |
| Dan qalu l-Ministru | għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino meta indirizza laqgħa informali tal-Ministri tas-Sajd tal-Unjoni Ewropea li saret illum fi Brussels fuq inizjattiva tal-Presidenza Franċiża tal-Unjoni Ewropea. |
| Il-Ministru | George Pullicino elenka numru ta’ oqsma fejn il-Politika Komuni tas-Sajd attwali wasslet għal titjib bħalma huma immaniġġjar aktar fit-tul ta’ stocks ta’ ħut, aktar importanza lill-immaniġġjar reġjonali, titjib fil-ġbir ta’ data kif ukoll aktar importanza lill-eko sistemi fl-istrateġija għas-sajd. |
| Il-Ministru | Pullicino tkellem fid-dettal dwar l-oqsma li r-riforma eventwali trid tindirizza u fost dawn hemm il-fatt li għad hemm theddida serja fuq ċerti speċi ta’ ħut u dan hu kkawżat minn flotot b’kapaċita’ akbar minn dak approvat kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ kontrolli adekwati. Pullicino saħaq li dawn in-nuqqasijiet qed iwasslu biex ikun hemm żbilanċ bejn sajjieda li ma jobdux ir-regoli u sajjieda oħrajn li joperaw kif mitlub mir-regolamenti. Huwa saħaq fuq il-bżonn li r-riforma eventwali tagħraf id-diversita’ tar-Reġjuni u qal li għandha tingħata attenzjoni biex ma jinħolqux limitazjonijiet li mbagħad jiġu sfruttati bħala opportunitajiet minn pajjizi terzi għal aktar żvilupp fil-flotot tagħhom. |
| Pullicino qal li | r-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd trid twassal ukoll biex l-Unjoni Ewropea jkollha Politika aktar simplifikata u effettiva li tiggarantixxi li jintlaħqu l-miri li se jkunu stabbiliti. Il-Ministru George Pullicino appella wkoll li r-riforma tikkunsidra wkoll ir-realtajiet ġodda ta’ llum u ta’ għada bħalma huma l-isfidi tat-tibdil fil-klima u l-bżonn li tkun iggarantita provvista adekwata ta’ ikel għall-popolazzjoni dinjija li kulma jmur qed dejjem tiżdied. |
Other Press Releases:
PR261978
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...
PR261977