ELEZZJONI GĦALL-MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW – ĠUNJU 2009
pr1351
26/09/2008
| Il-Kummissjoni | Elettorali tgħarraf liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li mhumiex Maltin u li qed jgħixu f’Malta li għandhom għażla jekk jivvutawx f’Malta jew f’pajjiżhom fl-elezzjoni għall-membri parlamentari ewropew li se ssir f’Ġunju tal-2009. Iżda, dawk li jagħżlu biex jivvutaw f’Malta, għall-kandidati li se jikkontestaw f’Malta, ikollhom isimhom imneħħi mir-reġistru elettorali tal-pajjiż tagħhom. |
| Dawk | il-persuni li jixtiequ jivvutaw f’Malta u li għandhom il-kwalifiki meħtieġa skont l-Att dwar l-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew tal-2003, għandhom jiġu personalment fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Evans Buildings, Misraħ Sant’Iermu, il-Belt Valletta jew fis-sezzjoni tal-Karta ta’ l-Identita’ 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex biex jimlew formola speċifika, waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju. Hemm ħtieġa li jippreżentaw il-passaport/i validi jew il-karta ta’ l-identita’ Maltija jew dokument ta’ identifikazzjoni maħruġa mill-pajjiz oriġinali tagħhom. |
| Il-Kummissjoni | Elettorali tavża wkoll liċ-ċittadini Maltin li qed jgħixu f’pajjiz membru tal-Unjoni Ewpropea u li mhumiex irreġistrati fir-reġistru elettorali tal-elezzjoni ġenerali u li jixtiequ jivvutaw fl-imsemmija elezzjoni għall-kandidati kontestanti f’Malta, illi għandhom japplikaw fuq il-formola speċifikata. |
| Il-Kummissjoni Elettorali tibda tirċevi | l-applikazzjonijiet fl-1 ta’ Ottubru, 2008 u l-aħħar jum ikun il-31 ta’ Marzu, 2009. |
Aktar informazzjoni u l-formola speċifika jinsabu fis-sit www.electoral.gov.mt
Other Press Releases:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en