Left arrow Go Back

ŻGĦAŻAGĦ OFFRUTI ESPERJENZA TA’ XOGĦOL

pr1350
Date Icon 26/09/2008
Matul is-sena ligħaddiet, l-ETC mexxiet skema għal dawk iż-żgħażagħ li għandhom bejn is-16 u l-24 sena b’esperjenza limitata ta’ xogħol.  L-ETC akkwistat fondi mill-UE permezz tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) għal din l-inizjattiva.  €224,199 ġew allokati għal dan il-proġett u 367 żagħżugħ u żagħżugħa ipparteċipaw fl-iskema.
Dan qalu l-Ministru għall-PolitikaSoċjali, l-Onor. John Dalli meta attenda għal seminar organizzat mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ dwar din l-iskema.  Preżenti għal dan is-seminar kien hemm ukoll iż-żgħażagħ li bbenefikaw minn din l-iskema kif ukoll il-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet li ħaddmu lil dawn iż-żgħażagħ magħhom.
Kull persuna żagħżugħa tpoġġietfuq l-iskema għal 13-il ġimgħa konsekuttiva, ibbażata fuq ġimgħa ta’ 20 siegħa.  L-ETC kienet responsabbli biex issib post ma’ kumpaniji fis-settur privat jew fis-settur pubbliku għal kull parteċipant.  Dawk li jħaddmu u ma kienux obligati li jħallsu lill-parteċipanti fl-iskema, iżda dawk kellhom joffrulhom taħriġ u esperjenza prattika fuq il-post tax-xogħol.  L-ETC ħallset grant fil-ġimgħa lill-parteċipanti.
L-għan wara l-iskemahu li jkisser iċ-ċirku vizzjuż ta’ ‘mingħajr xogħol, mingħajr esperjenza; mingħajr esperjenza, mingħajr xogħol’.  Matul l-esperjenza ta’ xogħol, dawk li qed ifittxu xogħol saru familjari mar-responsabbilitajiet involuti f’impjieg tal-preferenza tagħhom.  L-Iskema ta’ Esperjenza ta’ Xogħol tat liż-żgħażagħ aktar kunfidenza fihom infushom u stima personali ogħla, u naqqset ir-riskju ta’ qgħad fit-tul.
Ma kienux bissiż-żgħażagħ li bbenefikaw mill-iskema.  Dawk li jħaddmu kellhom l-opportunita` li jevalwaw iż-żgħażagħ bħala impjegati potenzjali, u b’hekk jeħfief il-proċess ta’ reklutaġġ.  Dawk li jħaddmu ibbenefikaw ukoll minn dak li kellha x’toffri l-persuna impjegata fil-kumpanija.  Forsi l-aktar benefiċċju importanti għall-kumpaniji kienet l-opportunita` li tħarreġ u torjenta l-parteċipanti skond il-kulturi u l-ħtiġijiet ta’ l-organizzazzjoni.
367 żagħżugħ użagħżugħa bbenefikaw minn dawn il-fondi bejn Settembru 2007 u Settembru 2008.  Sa l-aħħar ta’ Ġunju 2008, 45% ta’ dawk li temmew l-iskema b’suċċess kienu sabu impjieg.
L-ETCorganizzat ċeremonja ta’ għeluq għall-parteċipanti kollha.  Iċ-Chairperson ta’ l-ETC Dr Sandra Sladden u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv Dr Sue Vella, ippreżentaw iċ-ċertifikati lill-parteċipanti kollha li temmew b’suċċess din l-iskema.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

More Press Releases Right arrow