Left arrow Go Back

IL-GVERN JGĦADDI MILL-VIŻJONI GĦALL-PJANI BIEX TKUN RIĠENERATA L-MENQA TAL-MARSA

pr1349
Date Icon 25/09/2008

Is-Segretarjat Parlamentari ghat-Turizmu jirreferi ghall-istqarrija mahruga mill-Kelliema Ewlenija ghat-Turizmu ta’ l-Oppozizzjoni fejn hija titlob lill-Gvern jispjega r-raguni ghall-‘gheluq’ tal-perched beach f’Bugibba. Is-Segretarjat Parlamentari jixtieq jispjega li:

1.      kuntrarjament ghall-impressjoni li forsi ghandha l-Onor. Coleiro Preca, il-perched beach m’hijiex bajja naturali, izda bajja artificjali b’ramel impurtat;

2.      l-‘gheluq’ li hija tirreferi ghalih jikkonsisti sempliciment fil-fatt li fil-15 ta’ Settembru, l-Awtorita’ tat-Turizmu hadet numru ta’ mizuri ta’ prekawzjoni billi nehhiet il-pontijiet u s-slielem tal-istainlesssteel, zarmat il-passagg tal-injam u spustat ir-ramel mill-ewwel tmien metri ta’ hdejn il-bahar ghall-parti ta’ wara ta’ l-istess ‘perchedbeach’;

3.      dawn il-mizuri ttiehdu unikament sabiex jigi evitat li ssir hsara mill-maltemp li kien previst u li generalment jigi hekk kif jispicca s-sajf;

4.      l-attrezzatura li tnehhiet bhala mizura ta’ prekawzjoni minn naha tal-Awtorita’ tat-Turizmu terga’ titpogga f’postha u r-ramel jerga’ jigi llivellat qabel ma jibda l-istagun tas-sajf li jmiss;

5.      il-Kelliema tal-Oppozizzjoni hija mitluba tapprezza li l-Gvern m’ghandux kontroll fuq l-elementi u l-forza taghhom u ghalhekk kien pass ghaqli dak li hadet l-MTA.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

More Press Releases Right arrow