STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GHAT-TURIZMU B’RISPOSTA GHALL-ISTQARRIJA MAHRUGA MILL-KELLIEMA EWLENIJA GHAT-TURIZMU TAL-OPPOZIZZJONI RIGWARD L-GHELUQ TAL-PERCHED BEACH F’BUGIBBA
Is-Segretarjat Parlamentari ghat-Turizmu jirreferi ghall-istqarrija mahruga mill-Kelliema Ewlenija ghat-Turizmu ta’ l-Oppozizzjoni fejn hija titlob lill-Gvern jispjega r-raguni ghall-‘gheluq’ tal-perched beach f’Bugibba. Is-Segretarjat Parlamentari jixtieq jispjega li:
1. kuntrarjament ghall-impressjoni li forsi ghandha l-Onor. Coleiro Preca, il-perched beach m’hijiex bajja naturali, izda bajja artificjali b’ramel impurtat;
2. l-‘gheluq’ li hija tirreferi ghalih jikkonsisti sempliciment fil-fatt li fil-15 ta’ Settembru, l-Awtorita’ tat-Turizmu hadet numru ta’ mizuri ta’ prekawzjoni billi nehhiet il-pontijiet u s-slielem tal-istainlesssteel, zarmat il-passagg tal-injam u spustat ir-ramel mill-ewwel tmien metri ta’ hdejn il-bahar ghall-parti ta’ wara ta’ l-istess ‘perchedbeach’;
3. dawn il-mizuri ttiehdu unikament sabiex jigi evitat li ssir hsara mill-maltemp li kien previst u li generalment jigi hekk kif jispicca s-sajf;
4. l-attrezzatura li tnehhiet bhala mizura ta’ prekawzjoni minn naha tal-Awtorita’ tat-Turizmu terga’ titpogga f’postha u r-ramel jerga’ jigi llivellat qabel ma jibda l-istagun tas-sajf li jmiss;
5. il-Kelliema tal-Oppozizzjoni hija mitluba tapprezza li l-Gvern m’ghandux kontroll fuq l-elementi u l-forza taghhom u ghalhekk kien pass ghaqli dak li hadet l-MTA.
Other Press Releases:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en