Aktar konsultazzjoni dwar eko-Għawdex
| Il-qasam | edukattiv huwa mezz effettiv u fundamentali biex ikattar l-għarfien u jnissel ideat u proposti ta’ stili ta’ ħajja aktar konformi mal-viżjoni eko-Għawdex. Dan qalitu l-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, waqt laqgħa li kellha ma’ rappreżentanti tal-qasam edukattiv f’Għawdex. Din kienet laqgħa oħra f’sensiela ta’ laqgħat bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-proposta tal-Gvern li Għawdex isir gżira ekoloġika. |
| Matul din | il-laqgħa il-Ministru Debono iltaqgħet mal-Prinċipal tal-Kulleġġ ta’ Għawdex, il-kapijiet ta’ l-ITS u l-MCAST f’Għawdex, kif ukoll rappreżentant tal-Grupp Universitarji Għawdxin. |
| Uffiċjali li qed | jaħdmu fuq il-proġett eko-Għawdex fil-Ministeru għal Għawdex taw dettalji u qasmu ideat mal-kamp edukattiv tal-gżira dwar dak li ġie propost s’issa f’dan ir-rigward, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-edukazzjoni tat-tfal u żgħażagħ Għawdxin li jattendu skejjel u istituzzjonijiet oħra. |
| Ġew diskussi | wkoll il-possibiltajiet konnessi mal-viżjoni eko-Għawdex b’mod speċjali fejn din tikkonċerna l-qasam soċjali. L-inklużjoni ta’ programmi edukattivi li jnisslu rispett lejn l-ambjent naturali flimkien ma’ valuri li jippromwovu kwalita’ ta’ ħajja aktar b’saħħitha, mhux biss jgħinu fit-twettieq ta’ din il-viżjoni ambizzjuża iżda jassiguraw li dan il-proġett verament ikun ta’ siwi għall-futur tal-gżira ta’ Għawdex. |
| Il-konsultazzjoni | dwar eko-Għawdex, li kienet imnedija f’Lulju li għadda, għandha l-għan li tagħti l-opportunita’ lil kulħadd biex jagħti sehemhu permezz ta’ idejat u suġġerimenti. |
Wara li tqassmet pubblikazzjoni relattiva f’kull dar, inġabru numru konsiderevoli ta’ kontribuzzjonijiet minn naħa tal-pubbliku, kemm permezz tal-posta kif ukoll fuq is-sit elettroniku www.eco-gozo.gov.mt, li twaqqaf apposta. Din il-konsultazzjoni qed tkompli tissaħħaħ permezz ta’ laqgħat ma’ entitajiet mhux governattivi u għaqdiet oħra flimkien mall-Kunsilli Lokali Għawdxin u nies esperti f’oqsma relatati ma’ dan il-kunċett. Dan ser iwassal biex l-istrateġija li ser titfassal fil-ġimgħat li ġejjin, tkun tinkorpora firxa wiesa’ ta’ perspettivi li jkabbru l-potenzjal għas-suċċess ta’ dan il-proġett ambizzjuż.
Other Press Releases:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en