Diskors mill-Onor Dolores Cristina, Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Sport u Żgħażagħ dwar “Il-Benefiċċji għal Min Iħaddem tal-Valutazzjoni tat-Tagħlim Informali u Mhux Formali” – San Giljan - 25 ta’ Settembru
Sinjuri,
| Hu ta’ pjaċir għalija li qed ninawgura dan | is-seminar għax dan jagħtini l-opportunita’ li nitkellem dwar affarijiet li huma għal qalbi u jidħlu fil-viżjoni li għandna għall-edukazzjoni u t-tagħlim. |
| Fil-ftit xhur li ili Ministru ta’ l-Edukazzjoni | irrealiżżajt li nagħmlu kemm nagħmlu riformi fl-edukazzjoni u noħolqu kemm noħolqu strutturi biex inwettqu r-riformi, il-problema ċentrali tibqa’ dik li nsibu l-mezzi meħtieġa biex kull individwu iqis it-tagħlim bħala xi ħaġa ta’ siwi għalih u għal pajjiżu. Nafu li kull pajjiż għandu minjira ta’ ħiliet u kapaċitajiet individwali, li ma kisibx mill-edukazzjoni formali fuq il-bank ta’ l-iskola. Dawn it-talenti huma magħġuna fil-kapaċita ta’ kull individwu li jirnexxi f’soċjeta’. Wieħed għalhekk jista’ faċilment jgħid li l-edukazzjoni formali hi parti essenzjali mill-proċess tat-tagħlim li pero’ ma jieqafx wara li wieħed itemm l-edukazzjoni obbligatorja. Għall-kuntrarju, l-esperjenza turi li l-edukazzjoni informali u mhux formali flimkien mat-taħriġ huma parti mill-esperjenza holistika tat-tagħlim. |
| Ġejtu hawn biex tiddiskutu suġġett importanti | ħafna – il-validita’ ta’ l-edukazzjoni informali u mhux formali, b’aċċenn partikolari fuq l-importanza ta’ dan it-tip ta’ tagħlim għan-negozju, organizazzjonijiet u l-individwi nfushom. Hu ta’ pjaċir għaliha li nara kooperazzjoni mill-qrib bejn tliet organizazzjonijiet li jaħdmu biex itejjbu l-qagħda tan-nies fil-kuntest ta’ l-impjegabilita’ tagħhom. |
| Il-Fondazzjoni għall-Immaniġġjar tar-Riżorsi | Umani inħolqot biex tipprovdi lis-soċjeta’ riżorsi umani preparati biex jagħmlu esperjenza ta’ edukazzjoni tul il-ħajja biex inkunu nistgħu niksbu riżultati effettivi f’setturi partikolari. Il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki jiffoka fuq il-valur tal-kwalifiċi bħala għodda ta’ eċċellenza f’oqsma speċifiċi marbuta ma’ l-impjiegi. L-Aġenzija għall-Programmi ta’ l-Unjoni Ewropea qed tagħmel xogħol tajjeb ħafna biex tipprovdi opprotunitajiet lil ħafna Maltin biex jidħlu għal proġetti Ewropej u jagħmlu esperjenzi ta’ tagħlim li jgħinuhom iwessgħu l-perspettivi tagħhom. |
| Li tgħaqqad tliet organizazzjonijiet bħal dawn | biex jaħdmu flimkien għal din il-konferenza hu eżerċizzju ta’ min jinkoraġġih u nittama li organizazzjonijiet oħra jieħdu dan l-eżempju. Irridu nassiguraw li r-riżorsi tal-pajjiż jaħdmu flimkien biex niksbu riżultati aħjar, b’inqas spejjeż. |
| Nixtieq insellem ukoll lill-kelliema barranin | minn Franza u l-Fillandja li aċċettaw l-istedina tagħna biex jiġu jaqsmu magħna ir-riżultati miksuba f’pajjiżhom f’dawn l-oqsma. L-Ewropa tista’ verament issir żona reġjonali kompetittiva, jekk il-pajjiżi membri jikkoperaw flimkien fis-setturi kollha. |
| Naf li kemm Franza kif ukoll il-Finlandja, | flimkien mad-Danimarka kellhom esperjenzi pożittivi fil-validazzjoni ta’ l-edukazzjoni informali jew mhux formali u allura l-esperjenza tagħhom tista’ tkun ta’ għajnuna kbira għalina biex infasslu l-aħjar politika u l-aħjar qafas legali. |
| L-edukazzjoni hi waħda minn erba’ miri ewlenin | tal-Gvern. Flimkien mal-ħarsien ta’ l-ambjent, is-saħħa u x-xogħol l-edukazzjoni nqisuha bħala katalist għall-bidla u l-iżvilupp tal-pajjiż. Matul l-aħħar għaxar snin, ir-riforma edukattiva kienet il-mira ewlenija fil-qasam ta’ l-edukazzjoni. Ħafna minn din ir-riforma kienet introdotta u qegħdin f’fażi fejn qed nittestjaw l-implimentazzjoni tar-riformi u nassiguraw li l-istrutturi u l-politika jirrispondi għall-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet individwali u jilħqu l-miri ekonomiċi u soċjali tal-pajjiż. |
| ‘L hinn minn din il-mira globali, aħna konxji li | l-edukazzjoni informali u mhux formali qed tikseb importanza dejjem akbar fil-kuntest tat-tagħlim tul il-ħajja. |
| Fil-qasam ta’ l-Edukazzjoni u t-Tagħlim tul | il-Ħajja, Il-Presidenza Franċiża ta’ l-Unjoni Ewropea, fil-Programm Ġenerali tagħha ddikjarat li “Franza tixtieq tikkunsidra id-dimenzjonijiet kollha ta’ l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja u tfittex li tilħaq il-prijoritajiet magħżula mill-Unjoni Ewropea fl-2002 (fil-Proċess ta’ Kopenhagen); billi tiffaċilita’ l-aċċess għas-sistemi kollha ta’ l-edukazzjoni u tat-taħriġ; u tiftaħ id-dinja ta’ hemm barra għas-sistemi edukattivi u ta’ taħriġ.” |
| Il-prijoritajiet inbnew madwar tliet prinċipji: | l-ekwita’, il-kwalita’ u l-ftuħ (openness). L-istqarrija Franċiża tiġbor kollox f’mira ewlenija li “nagħtu lil kulħadd il-mezzi biex jirrealizza l-importanza tal-ħiliet li għandu, jikseb aċċess għat-tagħrif u jitgħallem jgħix ma’ oħrajn”. L-isfida hi li nħarrġu ċittadin responsabbli u nikkontribwixxu biex nagħmlu l-ekonomija Ewropea waħda dinamika u innovattiva. |
| Bħala persuna li ġejja minn ħames snin fil-qasam | tal-Politika Soċjali, jien naqbel ma’ dan il-programm ta’ ħidma għax ipoġġi lill-indivdwi kollha, il-ħiliet kollha u l-aspirazzjonijiet ta’ kulħadd fil-qalba ta’ l-edukazzjoni. Id-dimensjoni soċjali ta’ l-edukazzjoni li spiss nitkellem dwarha, hi l-ħila ta’ min jiddeċiedi l-politika u dawk responsabbli mit-taħriġ u l-impjiegi, li jħarsu lejn l-edukazzjoni fl-aspetti kollha tagħha, mhux biss bħala proċess tul il-ħajja imma wkoll bħala l-unika risposta għal min irid jitlaq l-iskola qabel iż-żmien, għal min iħossu nieqes mill-motivazzjoni, għal min iħossu emarġinat, eskluż jew bla xogħol. |
| Dan ifisser li ma nistgħux nibqgħu niffukaw biss | fuq l-edukazzjoni formali. L-esperjenza f’diversi postijiet tax-xogħol qed turi li dak li qed ikun mgħallem ‘l hinn mill-istrutturi formali ta’ l-iskejjel u istitutzzjonijiet edukattivi oħra hu sieq waħda mit-triloġija ta’ esperjenzi li aħna rridu nsostnu b’saħħitna kollha. |
| Għalhekk nieħu pjaċir li dan is-suġġett il-lum | qed ikun diskuss u esplorat min-nies fil-qasam tan-negozju u oħrajn f’organizazzjonijiet stabbiliti. Bħala edukaturi għall-ħajja aħna fdati mill-ġid ta’ l-individwi. Dan ifisser li rridu nħarsu lejn l-individwi u mhux biss lejn il-kwalifiċi tagħhom. Irridu nassiguraw li l-postijiet tax-xogħol tagħna jkunu “skola” fejn il-ħaddiema jitgħallmu jkabbru l-għarfien tagħhom u jtejjbu l-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom. |
| Bħala politiċi xogħlna primarjament hu li | nassiguraw li ħadd ma jitlaq l-edukazzjoni obbligatorja mingħajr il-ħiliet meħtieġa biex jibda esperjenza ta’ tagħlim għall-ħajjtu. Din hi waħda mill-miri ewlenin tiegħi bħala Ministru ta’ l-Edukazzjoni. Is-sistema edukattiv tagħna irid jagħti lis-soċjeta’ nies li kapaċi jaqraw u jiktbu, li kapaċi jaħdmu kumbinazzjoni matematika mhux kumplikata, li jafu jużaw it-teknoloġija ta’ l-informatika, li għandhom il-ħiliet ċiviċi u soċjali meħtieġa li jgħinuhom f’soċjeta demokratiku u kompetittiva, karateriżżati minn bidla kontinwa. Li nagħtu dawn il-ħiliet lil individwi b’kapaċitajiet differenti, ifisser imbuttatura kbira ‘l quddiem lill-ekonomija tagħna. |
| F’Ġunju li għadda, nidejt dokument preparat | mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiċi, dwar il-validazzjoni ta’ l-edukazzjoni informali u mhux formali. Dakinhar tkellikmt dwar il-ħtieġa li nikkonsultaw ma’ dawk kollha interessati biex nieħdu l-esperjenza meħtieġa biex inkunu nistgħu nieħdu miżuri effettivi u effiċjenti u nfasslu l-leġislazzjoni meħtieġa biex ninkoraġixxu aktar u aktar tagħlim. |
| Dak li għidt dakinhar għadni nsostnih. Inżid | ngħid li biex inkattru l-valur fit-tagħlim irridu nagħtu valur lit-tagħlim informali u mhux formali u nekwiparawh mat-tagħlim formali. Qed nistenna b’ħerqa r-riżultat ta’ dan il-proċess ta’ konsultazzjoni u biex insarrfu r-riżultat ta’ dan id-dibattitu fi struttura li tagħti valur il-ħiliet għal aktar tagħlim. |
| Il-qasam tan-negozju u organizazzjonijiet oħra | se jkollhom sehem importanti ħafna f’dan il-proċess. L-industrja, iċ-ċentri ta’ divertiment u organizazzjonijiet soċjali u kulturali huma l-iskejjel għat-tagħlim tul il-ħajja. B’dawn it-tip ta’ “skejjel” irridu nibnu l-istrutturi biex ngħinu lill-individwi jitgħallmu aktar u aħjar. Irridu nippremjaw l-inizjattiva ta’ dawk li huma lesti jkomplu jitgħallmu. Dan ifisser li rridu ngħinu lin-nies jirrealizzaw il-ħiliet tagħhom, jiksbu aċċess akbar għat-tagħrif u jtejjbu l-ħiliet tagħhom li jaħdmu ma’ oħrajn. L-ekwita’ hi mira fundamentali għall-iżvilupp u l-validazzjoni tat-tagħlim informali u mhux formali hi għodda mill-aqwa biex nilħqu dan l-iskop. |
Marbuta ma’ l-ekwita’ hemm il-kwalita’. Il-validazzjoni ma tiswa xejn jekk dan il-proċess ma jkollux assikurazzjoni ta’ kwalita’ u jkun evalwat b’mod serju u professjonali. L-esperjenza trid tkun sfidata minn esperjenza ta’ kwalita’ u mhux minn kwalunkwe esperjenza.
| Irridu ngħinu lin-nies ikunu ffukati u orjentati | lejn karriera b’mod li l-validazzjoni fiha nfisha tgħinhom itejjbu l-kwalita’ tal-ħidma tagħhom kemm fil-prodott li jipproduċu jew fis-servizz li jagħtu. Il-kwalita’ hi l-marka li tagħmel l-ekonomiji tagħna kompetittivi u b’saħħithom. Sa mill-edukazzjoni formali, il-kwalita’ trid issir it-timbru tas-sistema edukattiv kollu kemm hu – mill-kindergarten sa’ l-universita u l-kulleġġi. Kwalita’ kemm fil-kontenut tat-tagħlim kif ukoll fl-infrastruttura, it-tagħlim u l-faċilitajiet tat-tagħlim. |
| L-ekwita’ u l-kwalita’ jipprovdu bażi tajba | ħafna għall-ftuħ (openness). Iż-żjieda fin-numru ta’ studenti fil-livell post sekondarju hu mezz kif ngħinu lin-nies jinfetħu għal esperjenzi edukattivi ġodda f’pajjiżhom jew ‘l hinn minnu. Il-mobilita’ toffri ftuħ akbar u attraenti għall-edukazzjoni. L-ivjaġġar jiftaħ il-moħħ. Jipprovdi lill-individu perspettiva usa’ tal-ħajja, tal-kulturi, interazzjoni soċjali u diversifikazzjoni. Irridu niftħu l-klassijiet, il-postijiet tax-xogħol u l-organizazzjonijiet tagħna għal esperjenzi internazzjonali biex in-nies jirrealizzaw li d-diversi sistemi ta’ komunikazzjoni li jvarjaw mill-internet għas-safar huma mezzi biex inkabbru r-relazzjonijiet, in-negozji u l-interessi tagħna. L-edukazzjoni informali u mhux formali tista’ tipprovdi dawn l-esperjenzi pozittivi jekk inkunu lesti nassiguraw li l-individwi jistgħu jikbru f’ħaddiema kapaċi u noħolqu struttura infurmata li ġġib flimkien it-tagħlim formali, informali u mhux formali fi proċess komuni ta’ tagħlim. |
Sinjuri,
| Jidher li interessi privati u terzjarji qed | jinvolvu ruħhom fl-iżvilupp ta’ inizjattiva ta’ validazzjoni biex isaħħu n-negozji tagħhom u l-impjegati tagħhom jtejjbu l-karrieri tagħhom. L-eżempju tas-settur privat għandu jixpruna inizjattivi simili mis-settur pubbliku Il-futur ta’ pajjiżna jiddependi mil-ħila tagħna li nisfruttaw riżorsi ta’ kwalita minn kemm jista’ jkun individwi. |
| Bħala membri ta’ l-Unjoni Ewropea irridu naħdmu | flimkien ma membri stati oħra fil-qsim ta’ esperjenzi u prattiċi tajba fid-diversi setturi ta’ żvilupp. Minn kemm ilna membri ta’ l-Unjoni Ewropea pajjiżna għamel bidliet importanti fis-setturi kollha. Ħadna l-opportunitajiet li ġiebet magħha din is-sħubija b’mod serju u professjonali. |
| Issa wasal iż-żmien li nibdew nagħtu valur | lit-tagħlim informali u mhux formali biex mat-tkabbir ekonomiku ikollna riżorsa umana li tagħraf il-potenzjal veru tagħha. Malta tistagħna jekk ikollha Inventarju Nazzjonali tar-Riżorsi Umani li jkun jinkludi l-kapaċitajiet li għandu kull individwu. In-negozji jista’ jippjana aħjar jekk ikun jaf x’ħiliet u kompetenzi għandhom l-impjegati tagħhom. L-investituri jitħajjru aktar jersqu lejn pajjiż li jirrikonoxxi b’mod formali l-ħiliet tan-nies tiegħu. L-individwi jkunu mħajjru jfittxu qċaċet edukattivi ġodda jekk dak li huma kapaċi jagħmlu ikun biżżejjed biex iwassalhom għal strutturi aktar formali ta’ tagħlim. |
| L-ekonomija tagħna ssir aktar sostenibbli jekk | il-kapaċitajiet tagħha jkunu rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti. |
Fil-fehma tiegħi din hi sitwazzjoni ideali. Bis-suq tax-xogħol sfidat kontinwament mill-innovazzjoni, il-validazzjoni li qed nitkellmu dwarha tista’ tintuża biex ikunu ndirizzati il-ħtiġiet tad-diversi oqsma ekonomiċi. Barra minn dan, il-validazzjoni tat-tagħlim tista’ tintuża wkoll għall-iżvilupp ta’ l-impjegati u biex tassigura tqassim effettiv tar-riżorsi.
Għalija, dan il-proċess għandu jpoġġi l-individwu fiċ-ċentru tiegħu. Fi proċess ta’ validazzjoni, ċaqlieqa lejn riżultati aħjar fit-tagħlim mhux biss hi mixtieqa, imma meħtieġa. Il-validazzjoni trid tkun marbuta ma’ qafas ta’ kwalifiċi ta’ tagħlim tul il-ħajja biex tkun tagħmel sens. Il-Gvern iqis dan il-proċess bħala indikatur importanti ta’ impjegabilita’ u allura jappoġġja bis-sħiħ l-implimentazzjoni tiegħu. Dan hu dak li xtaqt inwasslilkom qabel tibdew id-deliberazzjonijiet tagħkom li żgur se jagħtu l-frott.
Other Press Releases:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en