Il-Gvern Malti poġġa l-problema tal-immigrazzjoni illegali fuq quddiem NETT TA’ l-aġenda tal-Unjoni Ewropea
pr1332
23/09/2008
| Il-Gvern ser ikompli kif iddikjara li wettaq | diversi drabi qabel, jiġifieri li jqajjem l-problemi li pajjiżna qiegħed jiffaċċja fir-rigward tal-kwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari fil-fora Ewropej. Dan sabiex tinkiseb aktar solidarjetà mill-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea u Malta tingħata għodod oħra u ma tibqax iġġorr dan il-piż weħidha. Dan ser jkompli jsir b’responsabbilità u fi spirtu ta’ djalogu u diskussjoni mingħajr dikjarazzjonijiet bla skop. |
| Fil-fatt, kif inhuwa magħruf, sforz dan | ix-xogħol ta’ perswazjoni, l-Gvern fl-aħħar xhur, speċjalment minn meta l-Presidenza Franċiża qegħdet għad-diskussjoni l-Patt dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil, wassal biex il-problema tal-immigrazzjoni llegali li qed jiffaċċjaw il-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea li jmissu mal-baħar Mediterran, tingħata profil għoli. |
| L-istess rieda politika u pressjoni kostanti | mill-Gvern Malti wasslet ukoll biex għall-ewwel darba sa’ minn meta twaqqfet, l-Unjoni Ewropea qed tikkunsidra li tibda taqsam ir-responsabbilitajiet f’dawk li huma ażil u immigrazzjoni illegali bejn l-istati membri kollha b’sistema apposta li tħares l-impatt partikolari li stati demokratiċi bħal tagħna qed iħabbtu wiċċhom miegħu. |
| Dan jidher fl-aħħar verżjoni tal-Patt li qiegħed | jinkludi silta dwar il-bżonn li jiddaħħlu mekkaniżmi ta’ burden-sharing biex jittaffa l-piż minn fuq pajjiżi membri li qed jiffaċċjaw pressjoni sproporzjonata minn din il-problema, liema silta ddaħħlet propju fuq insistenza ta’ Malta. |
| Għalhekk il-Gvern Malti ser ikompli jassigura, | l-ewwel, li ser ikompli jaħdem u jagħti s-sehem tiegħu f’dan is-settur; it-tieni, li jkompli jieħu d-deċiżjonijiet li jħoss li huma l-aħjar għal pajjiżna; u t-tielet, li jkompli jżomm lill-Oppożizzjoni nfurmata b’dak li jkun għaddej. Din hija problema nazzjonali li tista’ tiġi solvuta b’ħidma għaqlija u mhux b’diskors fieragħ. Dan qed jintqal l-aktar fid-dawl tal-istqarrija li ħarġet dalgħodu mill-Partit Laburista dwar l-immigrazzjoni illegali. |
Other Press Releases:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en