IL-GVERN IMPENJAT BIEX TKOMPLI TISSAĦĦAĦ IL-KONNETTIVITÀ INTERNAZZJONALI
pr1331
23/09/2008
| “Il-Gvern għaddej b’diskussjonijiet | mal-Kummissjoni Ewropea biex tinkiseb deroga ħalli jkun jista’ jagħti inċentivi biex isir aktar investiment mill-privat fit-tqegħid ta’ submarine fibre optic cable biex tissaħħaħ il-konnettività internazzjonali ta’ Malta mal-kumplament tad-dinja”. Dan qalu Austin Gatt, il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni hekk kif flimkien ma’ uffiċjali tal-kumpanija Melita kien abbord bastiment li qiegħed jagħmel l-istħarriġ meħtieġ qabel jitqiegħed submarine fibre optic cable b’investiment ta’ €10 miljun. |
| Il-Ministru Austin Gatt fisser kif il-pożizzjoni | ġeografika ta’ Malta tippreżenta numru ta’ sfidi meta jkun ikkunsidrat l-valur qawwi ta’ investiment li jrid isir biex il-pajjiż ikollu l-aqwa infrastruttura fil-qasam tal-komunikazzjoni biex b’hekk tkompli tiġi assigurata l-aħjar kwalità ta’ servizz. “Id-dipendenza ta’ l-ekonomija tagħna fuq l-użu tat-teknoloġija jfisser li l-pajjiż irid ikollu servizz kontinwu ta’ l-aħjar kwalità u għalhekk li wieħed iqis investiment bħal dan b’mod serju ħafna biex kemm jista’ jkun, il-konsumaturi u l-intrapriżi jkollhom kontinwità u l-aħjar servizz,” tenna l-Ministru Gatt. |
| Hu semma kif dan l-investiment ta’ submarine | fibre optic cable ieħor se jkompli jżid ma’ l-infrastruttura preżenti u bla dubju se jsaħħaħ il-konnettività internazzjonali, u li tkun b’saħħitha biżżejjed biex tlaħħaq ma’ kull eventwalità. “Dan hu pass importanti li jqegħdna aktar viċin biex nilħqu l-miri tagħna li Malta jkollha ħames konnessjonijiet internazzjonali sa l-2010 kif jissemma fl-istrateġija Smart Island.” |
| Il-Ministru Austin Gatt spjega li l-konnettività | internazzjonali hi litteralment il-ħajja għall-ekonomija l-ġdida li pajjiżna qiegħed jattira. Hu għalhekk, kompla l-Ministru ta’ l-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, li l-Gvern hu favur li jkompli jaħdem mill-qrib ma’ dawk li jipprovdu s-servizzi tal-komunikazzjoni biex ikabbru l-konnettività internazzjonali mal-kumplament tad-dinja. |
| “Li nkabbru l-għażla fil-konnettività | internazzjonali tibqa’ priorità għall-Gvern biex nassiguraw li l-ekonomija u s-soċjetà ta’ l-informatika jkollhom firxa wiesa’ ta’ servizzi bi kwalità tajba u aktar minhekk kontinwità fis-servizz fl-eventwalità li jkun hemm interuzzjoni fil-konnettività internazzjonali.” |
| F’dan ir-rigward semma kif l-Awtorità ta’ Malta | dwar il-Komunikazzjoni għaddejja b’konsultazzjoni biex jinstabu mezzi bil-kooperazzjoni tal-operaturi kollha li jiggarantixxu kontinwità fis-servizz tal-konnettività internazzjonali. |
| Dan kollu qed isir dejjem aktar meħtieġ hekk kif | aktar nies qed jużaw is-servizz tal-broadband. Skond l-aħħar statistika ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea 82% ta’ dawk id-djar li għandhom l-internet għandhom konnettività tat-tip broadband filwaqt li 89% ta’ l-intrapriżi għandhom l-broadband. Dan meta l-medja Ewropea fiż-żewġ każi hi ta’ 77%. |
| Il-Ministru Austin Gatt semma wkoll il-proċess | ta’ konsultazzjoni li qed isir bħalissa dwar l-implimentazzjoni ta’ sistema infrastrutturali magħrufa bħala fibre-to-the-home. Din is-sistema titħaddem billi jkun hemm konnessjoni mad-djar permezz ta’ fibre optic cable li minnu jgħaddi kull servizz marbut mal-komunikazzjoni. |
| Il-Ministru Austin Gatt temm li hemm bżonn li | nkunu dejjem minn ta’ quddiem fl-investiment li qed isir u li hu meħtieġ jissokta f’dan is-settur. |
Other Press Releases:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en