Left arrow Go Back

IL-PRESIDENZA FRANĊIŻA TNIEDI DISKUSSJONI DWAR IL-FUTUR TAL-POLITIKA AGRIKOLA KOMUNI TAL-UNJONI EWROPEA

pr1330
Date Icon 23/09/2008
Il-Presidenza Franċiża nedietid-diskussjoni dwar il-futur tal-Politika Agrikola Komuni tal-Unjoni Ewropea.  Dan sar matul il-laqgħa informali tal-Ministri tal-Agrikoltura li saret fi Franza u li fiha Malta kienet rappreżentata mill-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino.
F’intervent li għamel matulil-laqgħa, il-Ministru Pullicino qal li d-dokument tal-Presidenza jenfasizza tajjeb il-fatturi kollha li influwenzaw l-agrikoltura Ewropea fiż-żminijiet riċenti.  Hu qal li l-qabża fil-prezzijiet taċ-ċereali tkompli thedded il-produzzjoni tal-bhejjem minħabba l-effett tagħha fuq il-prezz tal-għalf.  Pullicino qal li għal pajjiżi li, bħal Malta, huma dipendenti kważi totalment fuq pajjiżi oħrajn għall-għalf meħtieġ u li jsofru ukoll mill-ispejjeż ogħla ta’ trasport minħabba l-insularità tagħhom, dan il-fattur sar ostaklu konkret li jrid jingħeleb.  Il-mekkaniżmu preżenti ta’ sigurtà tal-PAK jagħti lok għall-istabbilizzar tal-prezzijiet fuq il-livell tal-Komunità kollha iżda ma jindirizzax il-problema ta’ provvista li jiffaċjaw ċerti reġjuni jew Stati Membri individwali.
Il-Ministru Pullicino qal lil-isfida tal-produzzjoni tal-ikel ma tistax tiqies daqslikieku kienet attività limitata biss biex titma’ l-popolazzjoni dinjija li qed tiżdied, iżda jeħtieġ ikun żgurat li dan isir b’mod li l-produzzjoni tkun deċentralizzata, b’mod li ħafna prodotti jistgħu jibqgħu jsiru qrib kemm jista’ jkun tal-komunità li tikkunsmahom.  Il-Ministru qal li l-isfida tagħna għandha tkun li nippriservaw il-modi tradizzjonali ta’ produzzjoni f’lokalitajiet fejn il-produzzjoni tal-ikel hija vulnerabbli.
Il-Ministru Pullicino fakkarkif bħala Stat Membru ġdid, Malta fl-aħħar snin bidlet drastikament id-dehra ta’ l-agrikoltura u s-settur agrikolu tagħha, investiet bil-kbir biex tasal għal standards għoljin fil-kwalità tal-ikel u l-iġene, u f’aspetti ambjentali u ta’ saħħa.  Hu qal li dawn is-sagrifiċċji jiswew ħafna, iktar u iktar meta wieħed ikollu jikkompeti ma’ prodotti ta’ pajjiżi terzi li ma jimponux ħtiġijiet ekwivalenti.  Dawn is-sagrifiċċji daħlu għalihom il-bdiewa u s-settur ta’ l-ikel bl-aspettattiva leġittima li jkollhom Politika Agrikola Komuni li tkompli tippreserva u tgħin il-ħidma tagħhom.
Hu saħaq li fid-dawl ta’ dan,għandu jinstab il-mod tajjeb kif ikunu ppremjati l-investimenti magħmulin f’dan il-kuntest billi jingħata livell ogħla ta’ pubbliċità lil dawn il-prodotti mal-pubbliku Ewropew, u li jkun hemm sforzi mmirati biex jenfasizzaw id-differenzi f’għajnejn il-pubbliku bejn prodotti li żammew ma’ dawn l-istandardsu dawk li ma żammewx magħhom.  F’kuntest fejn it-trasport tal-ikel minn naħa għal oħra tad-dinja jħalli impatt sinifikanti fuq l-ambjent. Jeħtieġ tingħata iktar għajnuna b’mod attiv għall-prodott lokali u prodotti li jeħtieġu anqas trasport biex jaslu fuq il-mejda tal-ikel.
Il-Ministru Pullicino tennali biex mekkaniżmi ġodda ta’ għajnuna jkunu jgħoddu għall-biedja Ewropea, u għal dik Maltija, jeħtieġ l-ewwel ikunu rilevanti għat-totalità tal-biedja Ewropea.  Fin-nuqqas ta’ dan, jeħtieġ jiġu maħsuba għodod speċifiċi adattati għall-ħtiġijiet ta’ territorji speċifiċi li għandhom diffikultajiet speċifiċi jew li għandhom limitazzjonijiet ta’ provvista ta’ ilma għall-bdiewa.
Jeħtieġ li jitqiesu l-fehmiet taċ-ċittadinEwropew, kif jara u jifhem il-Politika Agrikola Komuni, u jekk iċ-ċittadin Ewropew jistax jifhem u japprezza l-valur ta’ dawn l-għanijiet.  Pullicino saħaq li Politika Agrikola Komuni li tassew tagħti valur lid-diversità, li tippremja u tippreserva modi tradizzjonali ta’ agrikoltura b’enfasi fuq il-freskezza u l-istaġjonalità bl-istess mod kif tagħmel ma’ mudelli ta’ produzzjoni kbar u aktar kummerċjali, tista’ tiftiehem aħjar u aktar fil-fond miċ-ċittadini tagħna.
Il-Ministru George Pullicinotemm billi appella li l-Politika Agrikola Komuni tal-futur jeħtieġ tindirizza sfidi bħalma huma t-tibdil tal-klima, żieda fil-mard tal-annimali, skarsezza ta’ enerġija u provvista ta’ ilma adegwata sabiex tiġi salvata l-agrikoltura fil-Komunità Ewropea.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

More Press Releases Right arrow