Left arrow Go Back

TITPOĠĠA L-EWWEL ĠEBLA TA’ PARK INDUSTRIJALI PRIVAT F’ĦAŻ-ŻABBAR: AKTAR OPPORTUNITAJIET GĦAN-NEGOZJI ŻGĦAR U MEDJI

pr1329
Date Icon 23/09/2008
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija uInvestiment Tonio Fenech sostna li bil-kooperazjoni bejn il-Gvern u l-privat is-settur ta’ l-intrapriżi żgћar u medji jista’ jkompli jikber u jiġġenera aktar ġid u impjiegi. Il-Ministru Tonio Fenech qal dan waqt diskors fl-okkażjoni tat-tqegħid ta’ l-ewwel ġebla tal-bini tal-Park Industrijali ġdid magħruf bħala Ta’ Maġġi, f’Ħaż-Żabbar. Dan il-park industrijali se jkopri medda ta’ art ta’ 10,000 metru kwadru u se jħaddan fih 78 garaxx għal xogħlijiet varji, li se jippermettu żvilupp ta’ aktar negozji żgħar u medji.
Din iż-żona se tagħti kontribut importanti biexikompli jinħoloq aktar xogħol fis-settur tal-SMEs li diġà jipprovdi mas-67,000 impjieg f’Malta u Għawdex, u li ra l-ftuħ ta’ madwar 7,000 negozju ġdid fl-aħħar sentejn biss. Il-Ministru Fenech spjega li fl-istess waqt ma’ dan l-investiment privat, il-Gvern jinsab għaddej bi proċess ta’ applikazzjoni mal-MEPA għall-iżvilupp ta’ żewġ siti industrijali ġodda tal-Gvern fil-Mellieħa u fix-Xewkija, Għawdex. Fl-istess waqt, żoni industrijali privati, bħal dawk tal-Imrieħel, tal-Ħandaq, Ħaż-Żebbuġ, Mosta u oħrajn qegћdin jingħaddu gradwalment lill-Malta Industrial Parks fi ħdan il-Malta Enterprise, biex dan ikun jista’ jkompli jieħu ħsieb li jżommhom fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli.
L-Onor. Tonio Fenech faħħar l-imprendituri waradan il-proġett u ddeskrivihom bħala mudell għall-imprenditorija Maltija. Huwa spjega kif dawn wettqu riċerka estensiva fuq il-bżonnijiet tal-SMEs madwar Malta u Għawdex u permezz ta’ din l-interazzjoni, id-disinn ta’ dan il-park evolva f’sit li jista’ jintuża għal skopijiet differenti, kemm kummerċjali kif ukoll industrijali.
Il-Ministru sostna li huwa tajjeb li l-Gvern ul-privat jikkooperaw fil-ħidma biex ikunu pprovduti aktar opportunitajiet lill-intrapriżi żgħar u medji. Malta Enterprise pprovdiet mal-81 elf metru kwadru ta’ art fejn l-SMEs jiżviluppaw in-negozju tagħhom fl-aħħar sentejn. Din marret għand kumpaniji fil-manifattura, l-ICT, l-ambjent u r-riċerka u l-iżvilupp.
Huwa ġedded l-impenn tiegħu favur aktar għajnunalill-SMEs, fost l-oħrajn bit-tnaqqis tal-burokrazija u l-ispejjeż. Huwa fakkar li fost l-ewwel inizjattivi li ħa l-Gvern f’din il-leġiżlatura, kien hemm it-twaqqif ta’ uffiċċju taħt l-isem ta’ Micro Businesses Support Unit, li qed joffri l-ewwel għajnuna, lil micro businesses (negozji li jħaddmu inqas minn 10 persuni), speċjalment lil dawk li jaħdmu minn żoni industrijali. Dan il-unit għandu servizz ġdid ta’ freephone 24 siegħa kuljum, fejn wieħed ikun jista jirreġistra l-ilment, jew id-diffikultà tiegħu, u wara, fl-iqsar żmien possibbli, jiġi kkuntattjat minn uffiċjali ta’ entitajiet  ikkonċernati, li jkunu jistgħu jagħtuh l-għajnuna meħtieġa.  In-numru ta’ dan is-servizzhu 8007 2215.

Aktar informazzjoni dwar il-park industrijali ġdid hija disponibbli fuq http://www.tamaggi.com/

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

More Press Releases Right arrow