STQARRIJA MILL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI
pr1322
22/09/2008
| Iċ-ċerimonji | uffiċjali jitmexxew skont protokoll stabbilit |
| Il-Kumitat Festi Nazzjonali jirreferi għal | stqarrija tal-Partit Laburista dwar it-tqegħid tal-kuruni fuq il-monument ta’ l-Indipendenza fil-Furjana mill-Partit Laburista. |
| Il-Partit Laburista kien mgħarraf li l-kuruna | tal-Partit Laburista kienet se titneħħa għal ftit ħin waqt iċ-ċerimonja uffiċjali minħabba li d-delegazzjoni tal-Partit Laburista għażlet li tpoġġi l-bukketti qabel il-Kap ta’ l-Istat u l-Prim Ministru. |
| Il-Kumitat Festi Nazzjonali ġie infurmat | mill-Partit Laburista li l-Ħadd 21 ta’ Settembru fl-10.30 a.m., delegazzjoni tal-Partit Laburista kienet se tqiegħed bukkett fjuri f’riġlejn il-monument ta’ l-Indipendenza. |
| Skont il-programm uffiċjali, il-Kap ta’ l-Istat | u l-Prim Ministru kellhom jagħtu tislima lil Malta Indipendenti f’nofsinhar, wara l-quddiesa Pontifikali li bdiet fl-10.00 a.m. Għaldaqstant ġie suġġerit li d-delegazzjoni tal-Partit Laburista tpoġġi l-kuruni tal-fjuri wara ċ-ċerimonja li fiha jkunu poġġew il-buketti l-Kap ta’ l-Istat u l-Prim Ministru. F’cerimonji uffiċjali huma dejjem il-President u l-Prim Ministru li l-ewwel ipoggu l-kuruni. |
| Il-Partit Laburista qal li dan ma setax isir | minħabba impenji oħra, u għalhekk il-Partit Laburista ġie infurmat li waqt iċ-ċerimonja uffiċjali, il-fjuri kienu se jitneħħew u jerġgħu jitpoġġew wara. |
| Il-Kumitat Festi Nazzjonali informa minn qabel | lill-Partit Laburista, kif jitmexxew ċerimonji uffiċjali, u għalhekk ħass li għandu jikkumenta dwar dak li ġie rappurtat biex ma jkunx hemm miżinterpretazzjoni. |
| Il-Kumitat Festi Nazzjonali jixtieq jippreċiża | wkoll li l-Festi Nazzjonali jkunu ċelebrati a bażi ta’ ftehim li kien sar bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni li fih hemm elenkat x’tip ta’ attivitajiet għandhom isiru f’kull festa nazzjonali partikolari. |
Other Press Releases:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en