Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, ŻgĦaŻagĦ u Sport: 57,000 TIFEL U TIFLA BDEW SENA SKOLASTIKA ĠDIDA

pr1318
Date Icon 22/09/2008
Il-lum fetħet sena skolastika ġdida b’aktar minn57,000 tifel u tifla jattendu fl-iskejjel primarji u sekondarji, tal-Istat, tal-Knisja jew tal-Privat.  Kollox mexa kif ippjanat u bla skossi u dawn jawgura tajjeb ħafna għax-xhur li ġejjin.
Il-Prinċipali tal-Kulleġġi, il-Kapijiet ul-Assistenti Kapijiet ta’ Skejjel, u uffiċjali oħra, flimkien mad-Diretturi u d-Diretturi Ġenerali, ħadmu bla waqfien matul is-sajf biex inħejju għall-ftuħ ta’ sena skolastika ġdida.  Tkompliet il-kollaborazzjoni bejn id-Direttorati u l-Ministeru tal-Edukazzjoni biex imexxu ’l quddiem ir-riforma f’dan il-qasam.
Matul is-sajf sar xoghol ta’manutenzjoni f’aktar minn 30 skola tal-Gvern. Bdejna l-bini ta’ skola sekondarja gdida għas-subien fil-Mosta. Kompla javvanza x-xogħol fuq l-iskola sekondarja fir-Rabat Għawdex u l-primarja f’Pembroke. Se nżanżnu skola sekondarja ġdida tas-subien fil-Kulleġġ Santa Margerita, Verdala, Bormla. Ħdimna biex f’jum il-ftuħ tal-iskejjel ix-xogħol li kien ippjanat li jkun lest tlesta u sar it-tindif. Fejn hemm xogħol li għadu sejjer dan hu skond il-pjan, bi ftehim ma’ l-awtoritajiet, u mingħajr tfixkil għall-process tat-taghlim. Hdimna wkoll biex is-servizz tat-trasport tal-iskejjel jibda b’mod normali.
Ħdimna biex kemm jista` jkunikollna l-Kapijiet, l-Assistenti Kapijiet u Għalliema li għandhom bżonn l-iskejjel fil-Kulleġġi. Diversi skejjel se jibdew b’Kapijiet ġodda li għadhom kif ġew reklutati jew minħabba xi ċaqlieq li kien hemm bżonn isir. Is-sena l-oħra kellna 17-il skola li kienu mmexxija minn Aġent Kap.  Din is-sena hu pjaċir tagħna naraw li permezz tal-ftehim bejn il-Gvern u l-MUT, applikaw aktar edukaturi għall-post ta’ Kap ta’ skola u din is-sena minn 101 skola, 5 biss għandhom Aġent Kap.  Il-bqija tal-iskejjel kollha għandhom Kapijiet magħżula għall-kompetenzi, kwalifiċi u ħiliet li jaqblu mal-karattru u l-bżonnijiet tal-iskola.
Barra minn dan, daħlu fl-impjieg ukoll 22Uffiċjali Edukattiv, 9 Service Managers u 9 Assistent Diretturi ġodda.  Dawn ir-rwoli huma kollha skond il-ftehim bejn il-Gvern u l-MUT.
L-iskejjel tal-Istat se jilqgħufihom mat-30,000 student, waqt li l-iskejjel tal-Knisja se jieħdu mat-22,000 student mill-kindergarten sal-Form 5.  Fl-iskejjel tal-Istat, din is-sena għandna 3,066 għalliema fl-iskejjel primarji u sekondarji.  Dawn huma kollha kkwalifikati b’degree fl-edukazzjoni jew b’Masters, ħlief 23 li huma Supply Teachers.  Minn dawn it-23 Supply Teacher, 5 għandhom Degree minn Universita’ u t-18 l-oħra għandhom ’A’ level fis-suġġett li se jgħallmu.  Jiġifieri mill-għalliema kollha fl-iskejjel tal-Istat, primarja u sekondarja 99.2% huma għalliema kwalifikati.  Sal-lum fl-iskejjel tal-Istat m’hemm l-ebda vakanza ta’ għalliema.  L-iskejjel kollha għandhom l-għalliema kollha meħtieġa.
Madankollu, id-Direttorat għas-ServizziEdukattivi hu konxju li jista’ jkun hemm xi riżenji fil-jiem li ġejjin, l-aktar minħabba ġenituri għalliema li joħorġu bil-parental leave u għalhekk diġa’ għandu listi ta’ għalliema ta’ kważi kull suġġett li jistgħu jiġu mpjegati jekk tinħass il-ħtieġa.
Matul din is-sena skolastika se naħdmu fuq l-aġġornamenttal-Qafas Nazzjonali tal-Kurrikulu, it-transizzjoni mill-Primarja għas-Sekondarja b’enfasi fuq l-assessjar kontinwu u l-eżamijiet, it-tisħiħ ta’ servizzi ta’ appoġġ u dawk psiko-soċjali, l-imġieba tajba u d-dixxiplina fl-iskejjel, programmi li jsaħħu l-iżvilupp tat-tfal permezz tal-isport, il-kultura u l-arti.
Għandna quddiemna aġenda edukattiva mimlija,dinamika u interessanti tassew. Aħna determinati li lkoll flimkien nagħmlu sforz nazzjonali ieħor biex nikkonsolidaw dak li bnejna s’issa kif ukoll nagħmlu passi ġodda lejn edukazzjoni ta’ kwalita` għal kulħadd.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

More Press Releases Right arrow