DISKORS MILL-ONOR. DOLORES CRISTINA, MINISTRU TAL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, WAQT KONFERENZA GHAT-TNEHDIJA TAN-NOTTE BIANCE – LUKANDA PHOENICIA, FLORIANA - 19 TA’ SETTEMBRU 2008
pr1310
19/09/2008
| Matul l-aħħar sitt xhur għamilna u se nkomplu | nagħmlu minn kollox fix-xhur li ġejjin biex inwettqu l-viżjoni li għandna li nagħtu lura l-Kultura tagħna lill-poplu kollu ta’ Malta u Għawdex filwaqt li nistiednu lill-eluf ta’ turisti li jżuru pajjiżna matul is-sena, biex huma wkoll jixorbu minn din in-nixxiegħa friska, li tidentifikana bħala poplu Malti, Mediterranju u Ewropew. |
| Din hi t-tielet edizzjoni ta’ l-inizjattiva | Notte Bianca, li kull sena qed tikber u tiżviluppa. |
| Minn din is-sena, Malta bdiet tifforma parti | mill-European White Nights Network biex b’hekk, flimkien ma’ Pariġi, Brussels, Madrid, Riga u Bucharest qed tifforma pjattaforma kulturali Ewropea. |
| In-Notte Bianca – Lejl Imdawwal, issa saret | avveniment li ċ-ċittadin jistennih minn sena għall-oħra għax jaf li għandu jistenna festa ta’ kultura u arti. Din il-lejla saret sinonima ma’ festa kulturali fuq livell Ewropew, li tinfirex minn inżul ix-xemx sa’ sbieħ l-għada filgħodu. |
| L-attivitajiet kollha li jsiru f’dan il-lejl | huma mingħajr ħlas u allura huma aċċessibbli għall-poplu kollu li jingħata l-opportunita’ li mhux biss jieħu gost iżda wkoll jipparteċipa fihom. Dan hu avveniment pubbliku bla ħlas li matulu l-poplu hu msejjaħ biex jiskopri u japprezza l-belt kapitali tagħna permezz ta’ ċelebrazzjoni ta’ arti kontemporanja. |
| Dan hu mod ieħor kif aħna qed inwettqu l-politika | tagħna, li nagħmlu l-kultura ta’ kulħadd u mhux ta’ xi sezzjoni biss tal-poplu tagħna. Qed inressqu dejjem aktar il-kultura lejn il-poplu u l-poplu lejn il-kultura. |
| Matul dan il-lejl, l-ispazji pubbliċi tal-belt | kapitali tagħna qed jingħataw dimensjoni differenti minn dik tas-soltu. Postijiet li ftit nafu dwarhom jew oħrajn li normalment mhux aċċessibbli għall-pubbliku u li huma parti mill-wirt kulturali tagħna, jiġu skoperti minn artisti u mill-pubbliku in ġenerali. |
| In-Notte Bianca trid tistimula l-interess | fl-arti u l-kultura fil-pubbliku kollu u dan l-iskop qegħdin nilħquh. |
| Aħna nixtiequ wkoll inkomplu naraw l-artisti | tagħna jaqsmu ideat u esperjenzi u jaħdmu flimkien ma’ artisti barranin. Dan jgħin ukoll fl-iżvilupp tal-kultura tagħna li tiddakkar minn kulturi oħra biex tibqa’ dejjem tikber u tinfirex. |
| Għalhekk din is-sena flimkien ma’ l-artisti | Maltin għandna wkoll artisti barranin, li gejjin minn Spanja, l-Italja u pajjiżi oħra. |
| Fl-2006, meta kienet organizzata għall-ewwel | darba in-Notte Bianca f’Malta, aktar minn 76,000 persuna żaru l-belt Valletta u pparteċipaw fil-festa. Żgur li dan kien wieħed mill-akbar avvenimenti popolari li qatt esperjenza pajjżna u li baqa’ jirrepeti ruħu kull sena. |
| Din is-sena is-suċċess ma għandux ikun anqas | mis-snin ta’ qabel. Għandna programm mimli daqs bajda b’attivitajiet – uħud minnhom innovattivi – li żgur se jissodisfaw il-gosti ta’ kulħadd, tfal, żgħażagħ, adulti u anzjani. |
| • Matul il-lejl bejn l-4 u l-5 ta’ Ottubru, | l-mużewijiet kollha tal-belt Valletta se jibqgħu miftuħa u d-dħul fihom ikun bla ħlas. |
| • L-ispazji tal-kapitali se jkunu użati | kollha – minn Bieb il-Belt sal-Berġa tal-Baviera. |
| • Madwar it-toroq tal-Belt se jkunu | ppreżentati b’mod dramatizzat bil-Malti u bl-Ingliz, 36 silta mill-opri kollha ta’ Shakespear. |
| • Se jingħata ġieh xieraq lill-kittieb li | ħalliena aktar kmieni din is-sena – KILIN, permezz ta’ qari ta’ xogħlijiet tiegħu kif ukoll wirja ta’ wħud mit-tpinġijiet tiegħu. Grazzi lill-familja Spiteri li kkolaborat f’din l-inizjattiva. |
| • Billi l-lejl bejn l-4 u l-5 ta’ Otturbu, | skond l-istoriċi, kien il-lejl meta l-famuż Caravaggio kien irnexxielu jaħrab minn Malta, se tittella’ produzzjoni ibbażata fuq uħud mit-tpinġijiet li għamel dan l-artist waqt li kien f’Malta. |
| • Se jkollna wkoll Kunżert li jfakkar is-Sena | tad-Djalogu Interkulturali. |
| • It-Teatru Manoel, matul il-lejl kollu se | joffri numru ta’ rappreżentazzjonijiet qosra bażati fuq operetti, fares u maġija li jkunu ripetuti minn ħin għal ħin biex aktar nies ikunu jistgħu jżuru t-teatru u jgawduhom. |
| • Is-Suq tal-Belt se jingħata l-ħajja u | jinbidel f’Wine Bar, b’ikel u mużika tul il-lejl kollu. |
| • Ċerti monumenti fil-Belt se jingħataw | il-ħajja billi qribhom isiru rappreżentazzjonijiet ta’ dak li jfakkru dawn il-monumenti. |
| • Inħolqot koreografija għal żifna ġdida li | tmur tajjeb mat-taraġ tipiku tal-Belt. |
| • Parti minn Strada Stretta se tinbidel | f’sala taż-żfin fejn ikun jista’ jsir żfin fuq stil Latin Amerika u Ballroom. |
| • Fi Triq il-Merkanti se jkun hemm numru ta’ | perkussjonisti Maltin u Taljani li joħolqu atmosfera mill-isbaħ. |
| • Id-disinjaturi Maltin tal-Moda, Charles u | Ron se jippreżentaw l-aħħar kollezzjoni ta’ lbies maħluq minnhom, fil-bini tal-Borża ta’ Malta. |
| • Numru ta’ bands Maltin se jagħtu kunċerti | f’diversi nħawi tal-Belt u fosthom ikun hemm kunċert min Natalie Gauci, kantanta Maltija Awstraljana ta’ fama kbira. |
| • Kastilja, numru ta’ Auberges u kważi l-knejjes | kollha tal-belt Valletta se jibqgħu miftuħa tul il-lejl. |
| • Se jkun hemm ukoll spazju għal attivitajiet | għat-tfal. |
| • Il-Belt kollha se tkun armata bl-armar ta’ | l-erba’ festi li jkunu ċelebrati fil-kapitali tagħna. |
| Inħeġġeġ lill-poplu kollu biex jipparteċipa | fin-Notte Bianca ta’ din is-sena. Ejjew niċċelebraw flimkien il-kultura tagħna. Din hi festa tagħna lkoll minghajr distinzjoni ta’ sess, eta’, razza jew kulur. Festa ta’ kulħadd. |
Other Press Releases:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en