Left arrow Go Back

Il-Qorti tagħti raġun lid-Dipartiment tal-Artijiet

pr1307
Date Icon 19/09/2008
Illum 19 ta’ Settembru, il-Qorti ma laqatx talbagħall-ħrug ta’ mandat ta’ inibizzjoni, biex titwaqqaf  azzjoni ta’ infurzar tal-liġi biex jitneħħew billboards illegali minn Triq Diċembru 13 fil-Marsa.  Fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Jeoffrey Valencia, il-mandat ta’ inibizzjoni ippreżentat minn Active Enterprises Ltd kontra l-Kummissarju tal-Artijiet, ma intlaqax għar-raġuni li l-kumpanija ma għandhiex il-permessi neċessarji biex iżżomm billboards fuq art tal-Gvern.
Wara li nhar il-Ġimgħa 29 t’Awissu 2008, fuqinizzjattiva tas-Segretarju Parlamentari responsabbli minn Erarji Pubbliċi u Artijiet Dr Jason Azzopardi, inħareg l-ordni ta’ żgumbrament biex jitneħħew billboards fi żmien 72 siegħa minn fuq propjeta’ tal-Gvern fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa, illi kienu jokkupaw l-istess art mingħajr permess tal-Kummissarju tal-Artijiet bħala sid l-art, il-kumpanija Active Enterprises Ltd, ippreżentat mandat ta’ inibizzjoni biex dan ma jseħħx.
Il-Qorti ikkonfermat illi l-art in kwistjonihija fil-fatt tal-Gvern, u li ebda permess ma intalab mingħand il-Kummissarju tal-Artijiet biex jitqiegħdu dawn il-billboards.  Il-Qorti qalet ukoll li għalkemm il-kumpanija, kellha l-permess tal-MEPA (illi jispeċifika li huwa suġġett għall-permess ta’ sid l-art), kif ukoll kienet tħallas lill-Kunsill Lokali tal-Marsa, biex tħalli l-billboards fi Triq Diċembru 13, dan ma kienx jagħtiha ebda jedd jew titolu fuq l-art.
Is-Segretarjat Parlamentari responsabbligħall-Erarji Pubbliċi u Artijiet jisħaq li la l-Kunsill Lokali tal-Marsa u lanqas ta’ ebda lokalita’ oħra m’għandu ebda dritt iżomm flus jew jgħati permess biex jinżammu billboards jew oġġetti oħra b’mod permanenti fuq art tal-Gvern.  F’dan id-dawl, illum stess il-Kummissarju tal-Artijiet bgħat ittra lid-direttur tad-dipartiment tal-Kunsilli Lokali, jinfurmaħ b’din il-prassi illegali, u li ser jittieħdu passi fil-konfront ta’ dawk li jibqgħu jiksru l-liġi.  Il-permess mingħand il-Kummissarju tal-Artijiet huwa fundamentali biex isir użu minn art pubblika.
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Qorti iddeċidietilli ma tilqax it-talba tal-kumpanija, biex l-infurzar ma jseħħx, u dan bl-ispejjeż legali imorru għall-kumpanija.
Il-Kummissarju tal-Artijiet qed jagħtilill-Kumpanija Active Enterprises Ltd sa nhar it-Tlieta 23 ta’ Settembru, biex tneħħi kull billboard li għandha fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa.  Jekk dan ma jseħħx, il-billboards jitneħħew mid-Dipartiment tal-Artijiet, u dan għas-spejjez tal-kumpanija.
Bl-istess mod, id-dipartiment tal-artjiet serjimxi ma’ kull min għandu billboards oħra fi Triq Dicembru 13, u nħawi oħra ta’ Malta.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

More Press Releases Right arrow