JILTAQA’ GĦALL-EWWEL DARBA L-KUMITAT REĠJONALI TAL-MCESD GĦAL GĦAWDEX
pr1305
19/09/2008
| Il-Gvern dejjem ħadem fid-direzzjoni li Għawdex | ikollu pjan li jindirizza l-karatteristiċi uniċi tiegħu b’attenzjoni speċifika u għalhekk sa mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura ressaq il-proposta li jitwaqqaf Kumitat Reġjonali għal Għawdex fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku (MCESD). |
| Ilbieraħ iltaqa’ għall-ewwel darba dan | il-Kumitat Reġjonali. Waqt din il-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said spjega li meta ngħidu Kumitat, ma jfissirx li t-temi diskussi huma inqas importanti minn dawk diskussi fil-Kunsill. Għawdex huwa parti minn Malta u b’hekk dak diskuss fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku japplika għal Għawdex. Iżda jkun hemm każi fejn ikun hemm bżonn li tiġi indirizzata issue speċifika u hawnhekk tidħol l-importanza u l-kontribut tal-Kumitat. Pereżempju fil-qasam tax-xogħol, il-bżonnijiet tal-operaturi f’Għawdex huma strateġiċi u essenzjali u forsi għal Malta dawn jidhru bħal sempliċiment dettall. Għalhekk il-kontribut ta’ dan il-Kumitat hu li jsaħħaħ id-diskussjoni u d-deċiżjonijiet finali. |
| L-Onor. Chris Said qal li dan il-Kumitat għandu | l-opportunità li jerfa’ din ir-responsabbiltà u jressaq proposti lill-Gvern biex jgħinuh ifassal il-policy tiegħu għal Għawdex. Hu qal li t-tnedija ta’ dan il-kumitat jimmarka pass importanti għall-iżvilupp tal-gżira, meta Għawdex huwa kkunsidrat bħala Gżira-Reġjun b’karateristiċi partikolari u bi bżonnijiet u sfidi speċifiċi. |
| Permezz ta’ dan il-proċess, il-Gvern qiegħed | iwessa’ l-funzjoni tal-MCESD u għalhekk mhux biss se jkun qed jirċievi s-suġġerimenti u l-proposti rigward is-sitwazzjoni soċjo-ekonomika ta’ Għawdex mill-Għawdxin, iżda minn dan il-Kumitat jissaħħu l-ideat ta’ bejn l-imsieħba soċjali Għawdxin kollha. |
| Chris Said qal ukoll li dan il-kumitat se | jippromwovi fora ġdida bir-rappreżentanza varjata li min-naħa tal-qasam tan-negozju se jkun hemm il-Gozo Business Chamber u l-Gozo Tourism Association u min-naħa tal-Unions is-CMTU, il-UHM, il-GWU u l-GRTU. Se jkun hemm ukoll ir-rappreżentanza tal-Kunsilli Lokali, il-Ministeru għal Għawdex, għaqdiet mhux Governattivi Għawdxin, il-Kurja Għawdxija u fil-futur qrib rappreżentanza taż-żgħażagħ Għawdxin. Se jkun l-istess Kumitat li jrid jiddetermina kif tintgħażel din ir-rappreżentanza. |
| Il-Gvern jemmen li s-saħħa u r-riżultati ta’ dan | il-Kumitat ma jiddependix biss mill-mezzi li l-Kunsill se jkun qed jalloka, iżda minn kemm dan il-Kumitat se jirnexxielu jressaq proposti tajbin u li jiddentifikaw ideat u soluzzjonijiet ta’ ħidma u proposti konkreti. Huwa dan li finalment isaħħaħ l-andament ta’ dan il-kumitat. |
| Waqt | l-indirizz tagħha l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex spjegat kif it-twaqqif tal-Kumitat Reġjonali jinkorpora rappreżentanza wiesa’ tal-oqsma soċjo-ekonomiċi kollha tal-gżira ta’ Għawdex. Hija ddeskriviet dan bħala l-pass li kien imiss wara sensiela ta’ inizjattivi u ħidma mill-Ministeru għal Għawdex u l-Gvern li permezz tagħhom twaqqfu entitajiet bħal Gozo Tourism Assocation, il-Gozo Business Chamber, l-Assoċjazzjoni ta’ l-Għaqdiet mhux Governattivi Għawdxin u l-Kunsilli Lokali. Il-Ministru għal Għawdex, Giovanna Debono qalet li l-Ministeru għal Għawdex żamm kuntatt u kollaborazzjoni ma’ dawn l-għaqdiet flimkien ma’ oħrajn li ssarfet f’ħidma għall-ġid komuni ta’ Għawdex u l-komunità Għawdxija. Dan il-kumitat għandu l-potenzjal qawwi biex isaħħaħ ir-rappreżentanza ta’ Għawdex f’livelli fejn jiġu meħuda deċiżjonijiet importanti u determinanti għall-kwalità tal-ħajja ta’ dawk li jgħixu Għawdex kif ukoll għall-iżvilupp sostenibbli ta’ Għawdex. Dan anke fir-rigward tal-viżjoni tal-Gvern li Għawdex issir gżira ekoloġika. |
Other Press Releases:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en