IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT IQASSAM TROFEJ U ĊERTIFIKATI B’RABTA MAL-PARTEĊIPAZZJONI FIL-KARNIVAL 2008
pr1300
18/09/2008
| “Għal darb’ oħra l-Karnival ta’ Malta offra | spettaklu ta’ kuluri, tradizzjonijiet, żfin, kreattività u brijju. Kien karnival li fih ipparteċipaw numru sostanzjali ta’ kumpaniji ta’ żfin ta’ l-ogħla livell u wkoll kien hemm numru ta’ karrijiet li offrew spettakli kbar u wrew kreattività kbira. Issa wasal iż-żmien ta’ innovazzjoni u ideat ġodda.” |
| Dan qalu is-Segretarju Parlamentari | għaż-Żgħażagħ u Sports Clyde Puli waqt ċerimonja ta’ għoti ta’ trofej u ċertifikati lill-parteċipanti fil-Karnival ta’ Malta 2008. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li l-ħidma ta’ | dawk kollha involuti fil-karnival baqgħet għaddejja tul is-sena kollha u f’dawn l-aħħar ġimgħat reġgħu ġew ippubblikati u milqugħa l-applikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-konkorsi kompetittivi għall-Karnival tas-sena d-dieħla. |
| Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti ħabbar | li reġa’ hemm interess kbir għall-parteċipazzjoni fil-Karnival 2009. Saret ħidma bejn il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti u l-Għaqda Parteċipanti Karnival ħalli t-tiġdid mixtieq miż-żewġ naħat ikun introdott kemm jista’ jkun malajr. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Kunsill | Malti għall-Kultura u l-Arti jemmen li l-Karnival hija ċelebrazzjoni tal-poplu kollu fid-diversità tiegħu. Għaldaqstant qed issir ħidma biex dak li jemmen fih ikun rifless fl-istess organizzazzjoni. Għalhekk bil-ħidma ta’ kulħadd hu maħsub li bil-mod il-mod il-Karnival ta’ Malta jilbes libsa differenti u b’hekk isir karnival aktar pro-attiv fejn l-elementi tal-arti, viżwal, żfin, mużika, folklor u tradizzjoni jiġu mżewqa flimkien. |
| Clyde Puli semma kif qed jiġi kkunsidrat bi sħiħ | ir-ri-introduzzjoni tal-Kukkanja u l-elementi folkloristiċi marbuta ma’ dan l-avveniment. Qed jiġi studjat użu aħjar tat-toroq u l-pjazez fil-Belt Valletta ħalli l-attivitajiet karnivaleski jkunu mifruxa aktar. |
| Clyde Puli sostna li biex dan iseħħ hemm bżonn | il-parteċipazzjoni ta’ kulħadd. Hemm bżonn li dak li noffru jkun ta’ livell għoli u li jolqot dak li jistennew dawk kollha li jiġu jaraw il-Karnival. Fl-istess waqt wieħed irid jara kif spettaturi jkunu wkoll il-protagonisti bil-parteċipazzjoni tagħhom fil-brijju. |
| Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli awgura li | mill-Karnival tas-sena d-dieħla nibdew naraw il-bidliet meħtieġa biex bil-mod il-mod naslu biex ikollna Karnival ġdid, modern u żagħżugħ li xorta jibqa’ Karnival b’identità Maltija. |
Other Press Releases:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en