DISKORS MILL-ONOR DOLORES CRISTINA, MINISTRU TA’ L-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT WAQT ĊERIMONJA TA’ GĦOTI TA’ POST GRADUATE SCHOLARSHIPS - BERĠA TA’ KASTILJA – IL-ĦAMIS 18 TA’ SETTEMBRU
pr1295
18/09/2008
| Ippermettuli nibda dan l-indirizz | qasir tiegħi billi nifraħ lill-istudenti li għall-merti tagħhom irnexxielhom jirbħu dawn l-ischolarships. Grazzi lill-ġenituri u l-familji tagħhom għall-appoġġ li żgur tawhom biex waslu sa hawn u prosit lill-għalliema u edukaturi li ppreparawhom b’suċċess. |
| Magħkom kien hemm studenti oħra li applikaw u li | għandhom kwalifiki biżżejjed u li kieku l-fondi kienu jippermettu, setgħu jkunu magħna hawn dal-għodu. Għal dawn għandi kelma ta’ inkoraġġiment. Inħeġġiġhom biex huma wkoll ikomplu bl-istudji speċjalizzati tagħhom. |
| Din hi t-tielet sena minn meta nidejna din | l-iskema għal studji Post Graduate. Min-numru ta’ applikazzjonijiet kif ukoll mill-kummenti li waslulna nafu kemm skema bħal din tista’ tkun ta’ għajnuna għalikom u l-familji tagħkom. Nittamaw li f’perjodu relattivament qasir, din l-iskema se tkun ikkontribwiet għall-iżvilupp akkademiku ta’ grupp ta’ persuni li jiksbu kwalifiki għolja biex ikunu jistgħu jaħdmu f’dawk l-oqsma li huma importanti għall-iżvilupp futur ta’ pajjiżna. |
Din l-iskema għandha żewġ miri speċifiċi.
| Min-naħa l-iskema qed tgħin numru ta’ studenti | li jridu jispeċjalizzaw f’oqsma soċjo-ekonomiċi importanti. Dawk li jagħżlu li jagħmlu Masters jew Ph.D. fl-Universita’ ta’ Malta jingħataw għajnuna għal perjodu bejn sena u erba’ snin biex jirreżistu t-tentazzjoni li jidħlu fid-dinja tax-xogħol qabel jispeċjalizzaw; |
| Min-naħa l-oħra, l-iskema għandha skop soċjali | usa’ – dak li toħloq spirtu ta’ kompetittivita’ u ambizzjoni biex wieħed ikun innovattiv fir-riċerka tiegħu u qed tibgħat sinjal lill-istudenti tagħna biex ikomplu jistudjaw f’dawk l-oqsma li joffru ħafna opportunitajiet. |
| Għal dawn l-aħħar xhur, il-membri tal-Bord | tal-Malta Government Scholarship Schemes, li hu magħmul minn persuni b’esperjenza vasta u b’sens ta’ dover, kellhom biċċa xogħol kbira biex jagħmlu għażliet iebsa minn fost l-applikanti kollha, li wassluna għar-riżultat li għandna llum. Ta’ din il-ħidma nixtieq nirringrazzjahom. |
| Irbaħtu din l-għajnuna fuq il-merti tagħkom | biss. Il-pajjiż diġa’ investa fikom fis-snin li għaddew u se jkompli jinvesti fikom biex tispeċjalizzaw fl-istudji tagħkom. Inħeġġiġkom biex tagħmlu ħilitkom ħalli tiksbu suċċess biex b’hekk l-investiment li qed nagħmlu fikom jissarraf għall-ġid tagħkom, tal-familji tagħkom u tal-pajjiż kollu kemm hu. |
| L-għażliet li għamel il-Bord jitfgħu dawl kemm | fuq it-talenti tagħkom u l-prijoritajiet tal-pajjiż li ħafna drabi ninjorawhom, kif ukoll fuq dawk l-oqsma fejn għalkemm għandna bżonn ta’ aktar esperjenza, hemm bżonn li s-sistema edukattiva tagħmel aktar sforz biex tħajjar u tipprepara studenti biex jieħdu l-opportunitajiet li jippreżentaw ruħhom bħal dawk fil-qasam tal-informatika. |
| Kif din l-iskema ta’ scholarships tkompli | tevolvi, il-Ministeru tal-Edukazzjoni se jkun qed isegwi r-riżultati tagħha biex jevalwa aħjar il-kontribuzzjoni li għajnuna bħal din qed tagħti lura għall-iżvilupp tas-soċjeta’ tagħna. |
| Sfida oħra hi dik li nassiguraw li wara li | l-aħjar studenti tagħna jtemmu l-istudji tagħhom, isibu ambjent tajjeb f’Malta ħalli jibqgħu fostna (jekk qed jispeċjalizzaw fl-Universita tagħna) jew jirritornaw lura lejn pajjiżhom (jekk qed jistudjaw barra) u jkunu protagonisti fl-iżvilupp kontinwu ta’ pajjiżna. |
| Qabilkom kien hemm oħrajn li taw dawn | il-kontribut lejn pajjiżna. Nistedinkom għalhekk biex waqt li qed tistudjaw, iżżommu f’moħħkom li l-pajjiż għandu bżonnkom. Għandna fiduċja kbira fil-potenzjal tagħkom u qed inpoġġu fuqkom responsabiltajiet kbar. |
| Qed nafdawkom biex toħolqu opportunitajiet ġodda | għalikom infuskom u għal ħafna oħrajn b’riżultat tal-ħidma tagħkom; |
| Irridukom issibu risposti ġodda għal domandi li | s’issa għad ma għarafniex inwieġbu. |
| Qegħdin nappoġġjawkom fil-mixja tagħkom biex | tiskopru soluzzjonijiet li jistgħu jtejbu l-kwalita’ ta’ ħajjitna – billi jnaqqsu t-tbatija, u jsaħħu l-kultura u l-kompetittivita’ ta’ pajjiżna. |
| Fis-snin tal-istudji tagħkom ibqgħu ftakru f’dan | kollu. L-istudji tagħkom huma parti mill-isforz kollettiv ta’ pajjiżna biex jirnexxi. Agħmluna kburin bir-riżultati li tiksbu. |
Other Press Releases:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en