Left arrow Go Back

Xogħol arkeoloġiku li jitfa’ dawl fuq il-ħajja f’ Għawdex fi Żmien il-preistorja

pr1290
Date Icon 18/09/2008
Arkeologi minn Queen’s University ta’ Belfast umill-Università ta’ Cambridge, bħalissa jinsabu f’Għawdex iwettqu xogħol arkeoloġiku konness ma’ l-iskavi li kienu saru bejn l-1987 u l-1994 fiċ-Ċirku tax-Xagħra magħruf ukoll bħala Brochtorff Circle. Il-proġett qiegħed isir bil-kollaborazzjoni ta’ Heritage Malta kif ukoll ta’ l-Università ta’ Malta.
L-iskop ta’ dan il-proġett li huwa ffinanzjatmill-British Academy huwa li jipprova jiġbor kampjuni u jorganizza mill-ġdid is-sejbiet li saru f’dan il-post biex jiġu stabbiliti u kkonfermati d-dati tal-livelli preistoriċi ta’ dan is-sit. L-informazzjoni miksuba tagħmilha possibbli li tinkiseb aktar informazzjoni dwar il-mod ta’ għajxien tan-nies li kienu jgħixu f’pajjiżna fil-preistorja.
Kampjuni ta’ għadam u fuħħar ta’ bejn 6000 u4400 sena ilu ser jiġu studjati fil-laboratorji ta’ l-universitajiet ta’ Belfast u Oxford biex jiġu ċċarati s-sekwenza ta’ dati ta’ Malta fil-preistorja. Studji oħra li ser isiru permezz ta’ dan il-proġett ser jipprovdu informazzjoni fuq id-dieta ta’ dawn in-nies. Dan l-aspett jista’ jgħin fl-interpretazzjoni tal-bidliet fis-soċjetà u fl-ekonomija fi tmiem ta’ żmien it-tempji u kif dawn wasslu għat-tmiem ta’ din il-kultura madwar 4400 sena ilu.
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. GiovannaDebono, żaret lill-arkeologi waqt ix-xogħol tagħhom. Dr. Caroline Malone u Dr Simon Stoddart, iż-żewġ arkeologi li qed imexxu dan il-proġett, spjegaw lill-Ministru l-proċessi kkumplikati li saru tul dawn l-aħħar ħmistax-il sena, biex jiġi studjat il-materjal kollu li ġie skavat miċ-Ċirku tax-Xagħra. Mitejn elf għadma umana u madwar tunnellata ta’ fuħħar ġew studjati bil-għan li jibnu stampa tad-drawwiet ta’ dawn in-nies partikolarment konnessi mad-dfin. Il-Ministru ddiskutiet ukoll proposti għall-preservazzjoni u preżentazzjoni aħjar tas-sit.
L-oġġetti misjuba f’dan is-sit taw stampa aktarwiesgħa tal-kapaċitajiet artistiċi tan-nies preistoriċi. Għażla ta’ l-aktar oġġetti importanti u sinifikattivi minn dan is-sit, fosthom statwetti uniċi, jinsabu għall-wiri b’mod permanenti fil-Mużew ta’ l-Arkeoloġija fiċ-Ċittadella.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

More Press Releases Right arrow