Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIZORSI U AFFARIJIET RURALI

pr1285
Date Icon 17/09/2008
Il-publikazzjoni ta’ ittra lil-Partit ta’ l-Alternattiva Demokratika (AD) irċieva mingħand il-Kummissjoni Ewropea hija l-aqwa prova ta’ kemm l-interpretazzjoni oriġinali tal-kelliema tal-AD kienet zbaljata.
Imkien fl-ittra m’hemm xiindikazzjoni, wisq anqas xi konferma, mill-Kummissjoni Ewropea li identifikat xi nuqqas jew irregolarita’ fl-operat ta’ l-industrija lokali tat-tonn.  Il-Kummissjoni Ewropea, kif inhu d-dritt u l-obbligu tagħha, tgħid li qed titlob għal xi kjarifiki.  Id-Dipartiment tas-Sajd, fil-Ministeru għar-Rizorsi u Affarijiet Rurali, itenni li kif dejjem għamel s’issa, qed jipprovdi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea u jibqa’ dispost li jforni kull informazzjoni addizzjonali li tintalab.  Id-Dipartiment tas-Sajd huwa wkoll f’kuntatt kontinwu mal-International Commission for the Conservation of Atlantic Tuna (ICCAT).
Id-Dipartiment tas-Sajd,fil-Ministeru għar-Rizorsi u Affarijiet Rurali isostni li kien dejjem minn ta’ quddiem nett li fil-laqgħat regolari li jsiru, ippropona mizuri li jiggarantixxu s-sostenibbilta’ tat-tonn.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

More Press Releases Right arrow