Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAL GHAWDEX

pr1277
Date Icon 16/09/2008
Xogħlijietta’ restawr mill-ġdid fit-Torri ta’ Mġarr ix-Xini
Fit-Torri ta’ Mġarr ix-Xinimibni fi żmien il-Gran Mastru De Redin fl-1661, bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta’ restawr li qegħdin isiru mill-Ministeru għal Għawdex flimkien ma’ l-għaqda volontarja Wirt Għawdex.
Xogħlijiet estensivi ta’restawr fuq dan it-torri kienu saru miż-żewġ organizzazzjonijiet xi snin ilu, iżda minħabba diversi atti vandali  mwettqa matul dawn l-aħħar snin kif ukoll problemi oħra kkawżati mill-elementi, kien meħtieġ li jsiru aktar xogħlijiet ta’ restawr. Fil-fatt reġa ġie rikostruit il-garigor li jagħti għall-bejt, saret ċangatura ġdida kif ukoll tikħil ta’ diversi partijiet tat-torri. Inħadmu wkoll diversi aperturi fosthom il-bieb u l-pont li jwassal għalih.
Il-Ministru għal GħawdexGiovanna Debono żaret il-post u iltaqgħet mal-president u s-segretarju ta’ Wirt Għawdex kif ukoll ma’ l-impjegati tad-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp li wettqu dawn ix-xogħlijiet. Il-Ministru qalet li f’dan il-kas il-gvern issieħeb ma’ għaqda mhux governattiva biex isalvaw  parti mill-wirt storiku ta’ pajjiżna u biex b’hekk tgħaddi fi stat tajjeb ta’ preservazzjoni lil ta’ warajna. Hija qalet li permezz ta’ management agreements, l-għaqda Wirt Għawdex ġiet mgħoddija r-responsabbilta’ ta’ diversi siti storiċi u ħeġġet lill-għaqda biex tagħmel użu siewi minn dan it-torri. Il-Ministru ikkundannat atti vandali li jsiru fuq postijiet u monumenti storiċi u qalet li kulħadd għandu jħoss li l-wirt ta’ missirijietna ma’ jappartjenix biss lil Gvern jew xi għaqda partikolari iżda huwa ta’ kulħadd, u kulħadd għandu jħossu responsabbli li jħares dan il-wirt.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

More Press Releases Right arrow