STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
pr1276
16/09/2008
| Jitnieda l-proċess ta’ | konsultazzjoni dwar il-baġit 2009 |
| Il-Ministru tal-Finanzi, | l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech nieda l-proċess ta’ konsultazzjoni li għandu jwassal għall-baġit għas-sena 2009. Din id-diskussjoni se ssir fuq bażi tal-proposti li l-Gvern ressaq fid-Dokument ta’ Qabel il-Baġit, li wkoll tħejja wara proċess ta’ konsultazzjoni u wara li saret evalwazzjoni tal-kummenti mogħtija mill-korpi kostitwiti u l-pubbliku ġenerali. |
| Dan id-Dokument jagħti ħarsa | lejn il-bżonnijiet ta’ pajjiżna għas-snin li ġejjin filwaqt li jwitti t-triq għall-baġit 2009. Kif tindika t-tema, Flimkien għal Ġejjieni Sostenibbli, l-objettiv prinċipali tal-Gvern huwa s-sostenibbiltà. Dan ifisser li pajjiżna jrid jikber, jiżviluppa u jiġġenera aktar ġid mingħajr ma nipperikolaw l-ġejjieni tal-ġenerazzjonijiet futuri. |
| Il-Ministru Fenech spjega li | tul il-konsultazjoni, wieħed għandu jżomm f’moħħu l-kuntest li fih qed jitħejja dan il-baġit: li għalkemm l-ekonomija Maltija kompliet tikber u toħloq aktar impjiegi, ma tistax tinjora l-impatt li jista’ jkollha l-kriżi ekonomika internazzjonali li wasslet biex l-Unjoni Ewropea tirrevedi ’l isfel il-prospetti tagħha għat-tkabbir ekonomiku għal din is-sena. Għalhekk, il-baġit huwa opportunità biex nindirizzaw lill-pajjiż f’dik id-direzzjoni ekonomika li tippermettilu jibqa’ jikber, b’mod sostenibbli, minkejja l-isfidi li qed jaffronta. Hija l-okkażjoni li nieħdu deċiżjonijiet importanti bħal f’liema setturi għandna ninvestu aktar, wara li tkun saret evalwazzjoni ta’ x’se jkollu bżonn il-pajjiż fis-snin li ġejjin. |
| Il-Ministru Fenech ħabbar li | mil-lum il-familji kollha bdew jirċievu fuljett li jagħti ħarsa lejn il-proposti ewlenin li l-Gvern qed jagħmel u li jinkludi kwestjonarju fejn wieħed jista’ jagħti l-opinjoni tiegħu. |
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ ukoll sabiex iċempel fuq 25998888, jibgħat email fuq budget2009@gov.mt u jidħol fuq il-website www.budget2009.com.mt.
| Se jsiru erba’ laqgħat ta’ | diskussjoni: |
| Għada l-Erbgħa 17 ta’ | Settembru, mit-8.15am: Konferenza Nazzjonali dwar l-Intrapriżi Żgħar u Medji, Lukanda Excelsior, Floriana |
| L-Erbgħa 24 ta’ Settembru | fis-7pm: Laqgħa ta’ diskussjoni dwar il-Politika Soċjali, is-Saħħa u l-Edukazzjoni, Skola Primarja A. Valletta, Triq Brared, Birkirkara |
| L-Erbgħa 1 ta’ Ottubru – | fis-7pm: Laqgħa ta’ diskussjoni dwar l-ambjent, Ninu Cremona Lyceum Complex, Victoria, Għawdex |
| L-Erbgħa 8 ta’ Ottubru | fid-9.30am: Konferenza dwar il-Viżjoni tal-Gvern għall-2015, Lukanda Le Meridien, San Ġiljan |
Other Press Releases:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976