Left arrow Go Back

IL-PARLAMENT F’IDEJN IŻ-ŻGĦAŻAGĦ

pr1275
Date Icon 16/09/2008
Illum is-salatal-Parlament kienet mimlija żgħażagħ jiddiskutu suġġetti ta’ sustanza li jagħmlu differenza fil-kwalità tal-ħajja tal-bniedem. Il-Parlament taż-Żgħażagħ hija inizjattiva tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ li għall-ħames darba stieden gruppi ta’ żgħażagħ jirriflettu bejniethom u jiddiskutu fil-bini fejn tiltaqa’ l-Kamra tad-Deputati. Iż-żgħażagħ iltaqgħu   f’żewġ sessjonijiet, b’dik ta’ filgħodu għaż-żgħażagħ preseduta minn Mr Speaker, l-Onor Louis Galea, u dik ta’ wara nofs in-nhar għat-teenagers preseduta mid-Deputy Speaker, l-Onor Carmelo Abela.
Fil-ftuħ tas-sessjoni ta’dalgħodu, l-iSpeaker Louis Galea sostna li rispons ta’ daqstant żgħazagħ għall-inizjattiva tal-Parlament taż-Żgħażagħ turi li ż-żgħażagħ Maltin fil-fatt jimportahom minn kwestjonijiet fondamentali għall-kwalità tal-ħajja. “Iż-żgħażagħ qed juru wkoll li huma jqisu l-Parlament istituzzjoni rilevanti fejn b’diskussjoni informata u djalogu ġenwin nies b’ideat differenti jsibu soluzzjonijiet ta’ ġid għall-poplu kollu.” Louis Galea nnota wkoll li l-fatt li ż-żgħażagħ sejħu l-gruppi tagħhom ‘Partiti’ juri li, minkejja d-difetti tagħhom, il-Partit Politici Maltin għadhom meqjusa bħala mudell pożittiv fil-ħajja politika ta’ pajjiżna. Louis Galea rringrazzja lill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u liż-żgħażagħ li ħadu sehem. “Ilkoll flimkien irridu naħdmu biex iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin ikollhom kuxjenza aktar b’saħħitha u informata dwar il-kwestjonijiet nazzjonali li jolqtu fil-fond il-ħajja tal-poplu tagħna u li jkunu attivi fid-dibattitu politiku nazzjonali. Nistedinkom sabiex tqisu l-politika bħala ‘vokazzjoni mill-aktar nobbli’ fis-servizz tal-bniedem,” temm jgħid Louis Galea.
Id-Deputy Speaker, l-OnorCarmelo Abela tkellem dwar il-bżonn li l-Parlament ikun qrib iċ-ċittadin u faħħar lill-parteċipanti għat-temi magħżula għal din is-sessjoni, temi attwali u relevanti għall-ġurnata tal-lum.
L-Onor Carmelo Abelaħeġġeġ liż-żgħażagħ ikunu aktar attivi fis-soċjetà.  Minkejja d-diffikultajiet li huma jiffaċċjaw, huwa ħeġġiġhom jibqgħu ambizzjużi u jaħdmu sabiex il-ħolm u x-xewqat tagħhom isiru realtà.  Importanti li ż-żgħażagħ isemmu leħinhom u jesprimu l-ideat tagħhom. Huwa ta’ vantaġġ għas-soċjetà in ġenerali meta ż-żgħażagħ jagħtu sehemhom għall-iżvilupp tal-pajjiż.
Fil-Parlament illumiż-żgħażagħ mexxew diskussjoni u adottaw għadd ta’ riżoluzzjonijiet miġbura f’sitt temi differenti. Is-sitt gruppi ta’ żgħażagħ għazlu dawn l-ismijiet: il-Partit tat-Teknoloġija u Privatezza, il-Partit Forom Differenti ta’ Familja, il-Partit Djalogu Interkulturali, il-Partit Identità Maltija, il-Human Well-Being Party, u l-Partit Żgħażagħ fis-Socjetà. L-isem ta’ kull Partit jindika s-suġġett li ġie diskuss u li dwaru ġiet formulata r-riżoluzzjoni. Id-diskussjoni kienet waħda ħajja, miftuħa, karatterizzata minn analizi kritika u riċerkata ta’ diversi sitwazzjonijiet u proposti kostruttivi kif jista’ jkun hemm titjieb fihom.
Il-Membri ParlamentariDavid Agius, Anthony Agius Decelis, Owen Bonnici, Evarist Bartolo, Franco Debono, Noel Farrugia, Ċensu Galea u s-Segretarju Parlamentari Clyde Puli taw messaġġi qosra fil-Parlament taż-Żgħażagħ.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

More Press Releases Right arrow