Left arrow Go Back

Is-segretarju parlamentari clyde puli jifraĦ lil Aaron Ciantar

pr1266
Date Icon 14/09/2008
Is-SegretarjuParlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli feraħ personalment lis-sewwieq Malti Aaron Ciantar għar-rebħ tat-titlu ta’ Champion tad-Dinja fil-klassi Supersport tal-powerboats P1. Illum Ciantar flimkien ma’ sieħbu Angelo Tedeschi rebħu t-tellieqa f’Vigo fi Spanja. Permezz ta’ din ir-rebħa u minkejja li għad baqa’ aktar tiġrijiet għat-tmiem il-kampjonat. Ciantar flimken ma’ Tedeschi diġa’ rebħu t-titlu matematikament.
Dan huwa t-tielettitlu mirbuħ minn Aaron Ciantar din is-sena, imma huwa wkoll l-aktar wieħed prestiġġjuż. Ftit tal-ġimgħat ilu, il-koppja Ciantar u Tedeschi rebħu l-Gran Prix ta’ Lettuno fl-Italja, fil-Mediterranean Grand Prix, Provincia di Roma.  Dawn is-sewwieqa mhux biss ġew dikjarati r-rebbieħa tal-kampjonat Taljan, Italian Powerboat series iżda aktar minn hekk, rebħu l-European Endurance World Championship grupp B.
Ftitwara li Aaron Ciantar temm it-tellieqa tal-lum fi Spanja, Clyde Puli għamel kuntatt miegħu u awguralu personalment filwaqt li wassallu l-awgurju tal-poplu Malti għal dan is-suċċess. Is-Segretarju Parlamentari qal li din ir-rebħa kompliet tawgura tajjeb għas-suċċessi diġa’ miksuba minn Ciantar u awguralu aktar rebħiet simili fil-futur.
Aaron Ciantarmistenni li jasal Malta fil-lejl bejn it-Tnejn u t-Tlieta li ġej.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

More Press Releases Right arrow