Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. JASON AZZOPARDI, SEGRETARJU PARLAMENTARI GħALL-ERARJI PUBBLICI U ARTIJIET, FL-OKKAZJONI TAL-ghOTi TA’ PROPJETA’ TAL-GVERN LILL-KUNSILL LOKALI TAL-MELLIEHA

pr1264
Date Icon 13/09/2008
Sur Sindku,Kunsilliera, Mistednin distinti,
Nibda billi nesprimis-sodisfazzjon tieghi meta nkun mistedin ghal attivita’ bhal din, fejn il-qofol tal-attivita’ tkun li nghamlu uzu ahjar minn assi li diga ghandna.  Dan huwa propju l-ispirtu ta’ din l-attivita’.
Din it-Tourist InformationOffice f’dan il-Misrah storiku fil-Mellieha, hija wahda minn sensiela ta’ ghotjiet li d-Divizjoni tal-Propjeta’ tal-Gvern qed twettaq biex isir uzu ahjar minn propjeta’ pubblika.  Is-Segretarjat tieghi jinsab fl-eqqel ta’ process li jidentifika siti ta’ importanza storika, ta’ wirt nazzjonali, kif ukoll siti li jistghu iservu b’mod li jrendi iktar, u t-Tourist Information Office tal-Mellieha hija biss l-ahhar wahda fis-sensiela.  Din il-kamra li issa ser tkun qed taqdi uzu important f’din il-lokalita’ turistika, fil-passat ma kienitx qed tigi uzata fil-potenzjal kollu taghha.  Kien ghalhekk li meta gejt avvicinat mis-Sindku, li qbilt perfettament mal-proposta li ghamilli, u ddecidejt li naghti l-appogg kollu tieghi biex mill-iktar fiss jinbeda x-xoghol fuq dan il-progett.
Apparti t-TouristInformation Office, id-Divizjoni tal-Propjeta’ tal-Gvern tinsab fi process li tghamel iktar devoluzzjonijiet ta’ dan it-tip.  L-iktar kaz frisk f’mod kullhadd ikun dak tat-torri ta’ San Tumas f’Wied il-Ghajn li kien qed jigi uzat b’mod mill-iktar abbuziv, u li ma jghamilx gih ghall-importanza storika li ghandu.  Taht titolu ta’ encroachment, il-Gvern ghadda dan is-sit lil-Fondazzjoni Wirt Artna li kkommettiet ruhha li tirrestawra dan il-post u tifthu ghal pubbliku, ghall-beneficcju turistiku f’Wied il-Ghajn, u n-nies tal-lokal.
Jigu ukoll f’mohhi kazi ohrafejn id-Divizjoni tal-Propjeta’ tal-Gvern qed tindirizza aktar propjeta’ pubblika, biex tintuza ahjar.  Fil-Mellieha stess, il-palazz tal-Marfa gie evakwat ftit tal-jiem ilu, minn squatters li kienu qed jghamlu uzu minnu illegalment, biex f’qasir zmien dan jerga jinghata d-dinjata li tixraqlu, u jibda jintuza ghal skop li jgawdu minnu faxxex iktar wghiesa tas-socjeta.  Bl-istess mod insemmu l-kaz tal-Magic Kiosk f’Tas- Sliema, li l-Gvern wera li jisma lin-nies u ddecieda li jrendi lura pjazza Sant’Anna f’din il-lokalita’, ghal beneficcju tas-Slimizi u dawk kollha li jzuru tas Sliema.
Dan kollu jirrifletti sewwal-politika ta’ Devoluzzjoni tal-Gvern, biex ic-cittadin igawdi iktar minn dak li huwa tieghu bi dritt.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

More Press Releases Right arrow