Left arrow Go Back

PROPRJETA’ PUBBLIKA GĦAL UŻU IKTAR TAL-PUBBLIKU

pr1263
Date Icon 13/09/2008
Is-Sibtfilgħaxija, is-Segretarju Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet l-Onor Jason Azzopardi, għadda ċwievet ta’ propjeta’ pubblika lis-Sindku tal-Mellieħa Robert Cutajar biex tintuża bħala Tourist Information Office (TIO) għall-benefiċċju ta’ Turisti li jżuru din il-lokalita’.
Fi kliem is-SegretarjuParlamentari dan qed iseħħ bħala parti mill-politika ta’ devoluzzjoni tal-Gvern, biex art tal-Gvern tintuża b’mod iktar effiċjenti li minnha jgawdu faxxex iktar wiegħsa tas-soċjeta’.  Dr Azzopardi qal illi dan huwa parti mill-pjan li id-Diviżjoni tal-Propjeta’ tal-Gvern qed iwettaq biex assi fi propjeta’ tal-Gvern jiġu wżati b’mod li jrendi iżjed.
Huwa semmafost l-oħrajn eżempji li diġa qed jissarfu f’suċċessi bħal ma huwa il-kaz tat-Torri ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn.
Is-sindkutal-Mellieħa Robert Cutajar spjega kif il-Kunsill Lokali jinsab fuq l-istess binarju tal-Gvern f’dik li hija politika ta’ Devoluzzjoni, u huwa ‘ppreparat li jieħu responsabbilitajiet ġodda biex isir użu aħjar minn propjeta’ pubblika.  Kien f’dan is-sens li l-Kunsill Lokali għamel talba lis-Segretarjat Parlamentari għal-propjeta’ li ser tintuża bħala TIO, u li ġiet milqugħa mill-Onor. Azzopardi.
Din tas-Sibtkienet parti minn sensiela ta’ attivitajiet organizzati mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bħala parti minn ‘l-iLjieli Melliħin’ li qed iseħħu il-Ġimgħa, s-Sibt u l-Ħadd.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

More Press Releases Right arrow