STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIZORSI U L-AFFARIJIET RURALI - Statistika dwar l-agrikoltura
pr1261
12/09/2008
Statistika dwar l-agrikoltura
| Il-Ministeru għar-Riżorsi | u l-Affarijiet Rurali jirreferi għal stqarrija maħruġa llum mill-Uffiċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika u li tirreferi għat-tieni kwart ta’ din is-sena. Skond din l-aħħar statistika li tirrigwardja l-producer\inputagriculturalprice indices, jirrizulta li d-dħul għall-bdiewa u r-raħħala zdied bi 2.9%. |
| F’dan il-perijodu l-bidwi | gawda minn żieda fid-dħul mit-tadam, mill-qara bagħli u l-bettiegħ. Dawn huma prodotti ewlenin għall-bidwi tagħna. Rigward il-patata din is-sena kien hawn produzzjoni tajba u wassal biex il-provvista żejda effettwat is-suq lokali. Mill-banda l-oħra l-patata li giet esportata ġabet prezzijiet rekord għall-bidwi. Dan kien jikkumpensa tajjeb ħafna għal xi tnaqqis li kien hawn fis-suq lokali. |
| L-istatistika turi wkoll | li l-ispejjeż għall-bdiewa żdiedu bi 22.4%. Dan huwa attribwit l-aktar għas-settur tal-annimali fejn il-ġwież ogħla bi 38.4% u l-fuel ogħla b’20.8%. |
| Tajjeb wieħed jirrimarka | li biex itaffi parti minn dan l-għoli fuq il-prezz tal-ġwież u l-fuel, il-Gvern qed jagħti sussidju biex b’hekk din l-industrija tibqa’ tissupplixxi lill-konsumatur b’laħam, ħaxix u frott frisk. Irid jingħad ukoll li l-ispejjeż għall-produttur żdiedu l-aktar fis-settur tal-annimali u f’livell anqas fil-produzzjoni tal-ħxejjex u l-frott. |
Other Press Releases:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976