DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR., SEGRETARJU PARLAMENTARI GħAS-SAħħA, WAQT IL-Ftuħ ta’ Berġa fil-Mellieħa
pr1258
12/09/2008
| Sal-lum il-Melliħin kienu | jinqdew f’żewġt ikmamar fil-Youth Centre bħala Berġa, imma issa se jkollhom il-kumdita’ kollha f’post mibni apposta biex iservi ta’ berġa. L-ispiza ghal din il-Berġa ġie jiswa madwar €25,000, u kien jikkonsisti l-aktar fit-tqassim tal-kmamar minħabba li inbena fuq ‘open plan’. |
| Il-berġa tal-Mellieħa se | tkun miftuħa nhar ta’ Tnejn bejn t-8 u l-10 ta’ filgħodu u l-Ħamis bejn il-10.45 a.m. u s-12.45p.m. Hawnhekk se jkun hawn is-servizz ta’ Tabib, is-servizz tan-nurse, anke biex tingħata l-injection għall-pazjenti li jbatu mid-diabete, u jingħata servizz ta’ emerġenza tul is-sigħat ta’ ftuħ. Minn hawn se jibda jingħata wkoll is-servizz ta’ l-ispeech therapy. |
| Tul is-sena li għaddiet ‘l | fuq minn 5,700 ħadu s-servizz mill-Berġa. Għalhekk dawn kollha, flimkien ma’ familji oħra se jgawdu minn dan il-proġett. Dan l-aħħar irnexxielna nlestu x-xogħlijiet fil-Berġa ta’ Ħaż-Żebbuġ u ta’ San Ġwann. |
| Ix-xogħol fil-berġa ta’ | Ħaż-Żebbuġ kien jikkonsisti fil-bdil tas-servizzi tad-dawl u l-ilma, tibjid kif ukoll il-kamra tat-tabib saret kollha fuq il-fil. Ix-xogħol hawnhekk sar kollu mill-impjegati tad-Dipartiment tas-Saħħa Primarja. |
| Fil-klinika ta’ San Ġwann | imbagħad sar xogħol strutturali u rinovament tal-post. Dawn ix-xogħlijiet ġew jiswew ħdax-il elf ewro. |
| Ovvjament waqt li kien | għaddej ix-xogħol, ir-residenti ta’ Ħaż-Żebbuġ u ta’ San Ġwann xorta nqdew f’postjiet alternattivi li xorta kienu ċentrali. Fil-ġimgħat li ġejjin se jkompli x-xogħol ta’ manutenzjoni u tibjid fuq bereġ oħra li huma l-Isla, Ħal Luqa, l-Marsa, Ħal Safi, Ħaż-Żabbar, Wied il-Għajn, il-Qrendi u l-Kalkara, Ħad-Dingli, u Ħal Għaxaq. Riċentament ukoll infetħu żewġ bereġ ġodda oħra, waħda f’Ħ’Attard u l-oħra fil-Mosta. |
| Fl-istess waqt, qed isiru | diskussjonijiet mal-Kunsill lokali ta’ Tas-Sliema biex jinstab post aħjar fil-Kunsill Lokali biex ir-residenti ta’ Tas-Sliema jkunu jistgħu jinqdew aħjar fil-kunċett ta’ post reġjonali. F’Tas-Sliema, l-Gvern kien ħa passi immedjati biex ineħħi l-berga minn fejn kienet għax kien hemm periklu strutturali. Waqt li jkunu għaddejjin dawn ix-xogħlijiet, dejjem isiru diskussjonijiet mal-Kummissjoni Persuni b’Diżabbilita’ ħalli ntejbu l-aċċess ta’ dawn il-bereġ pubbliċi. |
| Fl-aħħarnett nixtieq | nirringrazzja l-entitajiet kollha fid-diversi lokalitajiet li offrewlna l-facilitajiet biex nibqghu nservu lill-poplu Malti. Ringrazzjament speċjalment hawn fil-Mellieħa, ringrazzjament lis-Sindku Robert Cutajar li rsista ħafna biex din il-berġa tinfetaħ. Ringrazzjament ukoll lil kull min hu nvolut f’dawn ix-xogħlijiet strutturali u ta’ manutenzjoni biex il-poplu jkollu l-aħjar faċilitajiet. |
Other Press Releases:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976