STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI: L-MLP BL-ISTESS STRATEĠIJA LI JIFIXKEL U JAGĦMEL ĦSARA LILL-PROĠETT SMARTCITY
pr1254
11/09/2008
| Il-Partit Laburista qed juża | l-mezzi tal-komunikazzjoni li jikkontrolla biex jiċċelebra d-deċiżjoni ta’ kumpanija żgħira ħafna li ma tibqax topera minn Malta. Dan qed jagħmlu bħala parti mill-istrateġija tiegħu li jfixkel u jagħmel kemm jiflaħ ħsara lill-proġett SmartCity. |
| Il-Ministeru | għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni juri d-dispjaċir tiegħu li Atlas Technology Group iddeċidiet li titrasferixxi l-operat ċkejken tagħha barra minn Malta. Iżda din id-deċiżjoni m’għandha ebda impatt fuq il-proġett SmartCity. Il-Ministeru infurmat li minkejja dikjarazzjonijiet pubbliċi li għamlet għall-ewwel li fetħet, Atlas qatt ma avviċinat lill-management ta’ SmartCity Malta u qatt ma bdiet xi negozjati biex din fil-ġejjieni tibda topera minn SmartCity. |
| Id-deċiżjoni ta’Atlas ma | tibdel xejn mill-interess qawwi li l-proġett SmartCity Malta qed iqanqal minn operaturi internazzjonali. Dan l-interess qed iħossuh l-iżviluppaturi stess li qed jinvestu fi spazju għall-uffiċji fis-settur tat-teknoloġija saħansitra akbar minn dak li kienu qed jiproġettaw għal SmartCity meta Atlas kienet qed tagħmel ir-rimarki tagħha. |
| Atlas għalqet l-operat | tagħha ta’ 12-il persuna. Iżda f’Rikażli qed isir żvilupp li ser jimpjega aktar minn 8,500 impjegat. |
| Il-Ministeru | għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni jappella għalhekk għal sens ta’ proporzjon u bilanċ fir-rimarki isteriċi tal-Partit Laburista u tal-mezzi tal-komunikazzjoni li jikkontrolla. |
Other Press Releases:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976