STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIZORSI U L-AFFARIJIET RURALI
pr1253
11/09/2008
| Tħejjija | ta’ Strateġija Nazzjonali dwar it-tibdil fil-klima |
| Huwa | tabilħaqq ironiku li l-Partit Laburista jakkuza lill-Gvern b’paroli biss fil-kwistjoni dwar it-tibdil fil-klima, u fl-istess nifs juri ‘apprezzament’ u jfaħħar lill-Kumitat imwaqqaf mill-Gvern biex iħejji strateġija nazzjonali dwar it-tibdil fil-klima. |
| Mill-ħafna | stqarrijiet li qed joħroġ l-Onor Brincat, jidher issa b’mod ċar li l-għan tal-Partit Laburista huwa wieħed, dak li jibqa’ gallerija u ma jipproponi xejn bħala mizuri konkreti għall-istrateġija u li jista’ jpoġġih f’dawl ikrah ma xi sezzjoni tal-popolazzjoni. Dan huwa konformi mal-politika ġenerali adottata mill-Partit Laburista. L-Onor Brincat, u l-Partit Laburista, iridu jiddevjaw l-attenzjoni minn fuq dan in-nuqqas tagħhom li bħala Oppozizzjoni serja u kostruttiva jikkontribwixxu matul dan il-proċess tat-tfassil ta’ strateġija li tkun hi li tpoġġi quddiem il-pajjiz miri ċari u toħloq benchmarks għal kulħadd. |
| Effettivament il-proposta | tal-Partit Laburista li mill-ewwel imur biex jistabbilixxi kontrolli u sistema ta’ monitoraġġ fuq l-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija hija mgħaġġla u prematura u mhi se twassal għall-ebda benefiċċju jekk l-ewwel l-istess Partit tal-Oppozizzjoni ma jgħidx liema huma dawk il-mizuri konkreti li għandhom ikunu kkunsidrati għall-istrateġija proprja. |
| Il-Gvern mill-banda l-oħra | mhu jeskludi l-ebda miżura li permezz tagħha l-Istrateġija Nazzjonali eventwali tkun tista’ tiġi implimentata bl-aħjar mod, inkluz li eventwalment jisma proposti biex ikun zgurat li jkollna mezzi effiċjenti ta’ kif ikun ikkontrollat u zgurat li l-istrateġija qed tiġi implimentata kif maħsub. Tant hu hekk, li l-Gvern jerġa jtenni li wara li jintemmu l-konsultazzjonijiet mill-Kumitat ta’ Esperti, għandu jitlesta r-rapport bir-rakkomandazzjonijiet u se tintalab l-oppinjoni pubblika biex id-diskussjoni titwessa’ għal dawk kollha li jixtiequ jagħtu kontribut. |
| Waqt li għaddej dan | il-proċess ta’ konsultazzjoni, l-Gvern irid jisma, inkluz lill-Partit Laburista kif konfermat mil-laqgħa li l-Kumitat imwaqqaf mill-Gvern kellu mal-Partit Laburista, u mhux jimponi l-opinjonijiet tiegħu. |
Other Press Releases:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976