EKONOMIJA LIBERALIZZATA U MIFTUHA GHALL-KOMPETIZZJONI
pr1251
11/09/2008
| B’referenza għall-istqarrija | tal-Partit Laburista, il-Gvern ifakkar li l-importazzjoni u l-ibbottiljar tal-gass hu attività ekonomika liberallizzata u miftuħa għall-kompetizzjoni. |
| Il-Gvern jemmen li f’suq | miftuħ il-prezz jirregola ruħu bil-kompetizzjoni. Filwaqt li l-Gasco ser tkun qiegħda tieħu l-operat tad-Divisjoni tal-Gass li sa issa hu f’idejn il-Korporazzjoni Enemalta, din it-transazzjoni ma żżomm lill-ebda intrapriża oħra milli tidħol topera f’dan is-suq. |
| Minbarra dan, wieħed ma | jridx jinsa’ li hemm wkoll regolatur li fost ir-responsabbilitajiet tiegħu hu li jiċċekkja li mhux qed isiru abbużi mill-operaturi fis-suq għad-detriment tal-konsumatur. F’każ li għal xi perijodu ta’ żmien ikun hemm operatur wieħed fis-suq, l-Awtorità tkun aktar viġilanti fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ. |
| L-istqarrija tal-Partit | Laburista terġa’ tqanqal dubji serji kemm dan il-partit jemmen fil-benefiċċji li suq mifuħ għall-kompetizzjoni jġib għall- konsumatur. Dan minkejja l-esperjenzi pożittivi ta’ liberalizzazzjoni u privatizzazzjoni li kellu f’pajjiżna f’setturi ekonomiċi differenti. |
| Minflok il-Partit | Laburista jibqa’ jipprofessa politika t’ekonomija kkontrollata fejn kollox ikun f’idejn il-Gvern. |
Other Press Releases:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976