AVVIŻ DWAR IL-POSSIBILTA’ TA INTRODUZZJONI TAL-ĦANFUSA TAL-QRUN TWIL TAĊ-ĊITRU (ANOPLOPHORA CHINENSIS) FIL-GŻEJJER MALTIN
pr1245
09/09/2008
| Il-Ħanfusa tal-Qrun Twil taċ-Ċitru, | bl-Ingliz, Citrus Longhorn Beetle (Anoplophora cinensis) hija insett qerriedi ta’ kwarantina li jagħmel ħsara fuq numru ta’ speċi differenti ta’ siġar u arbuxelli. Għalkemm din il-ħanfusa ma tinstabx ġewwa pajjizna, id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti qiegħed jagħmel spezzjonijiet għal dan l-insett, biex jara’ li dan l-insett ma jiġix introdott ġewwa Malta, jew f’każ li jidħol, jittieħdu l-miżuri neċessarji minn kmieni. |
| B’mod | naturali, din il-ħanfusa tgħix f’postijiet li jinkludu ċ-Ċina, l-Ġappun, u postijiet oħra fix-Xlokk ta’ l-Asja. Il-Ħanfus tal-Qrun Twil taċ-Ċitru qiegħed jinfirex f’diversi pajjizi fuq siġar ornamentali impurtati mill-Asja. Dan l-insett huwa ta’ theddida għal diversi foresti u għall-produzzjoni taċ-ċitru fil-Mediterran. Ta’ min jgħid li ġewwa l-Lombardia, fl-Italja, kien hemm firxa ta’ din il-ħanfusa, u mijiet ta’ siġar maturi kellhom jinqerdu bħala miżura għall-qerda ta’ dan l-insett. |
| Il-Ħanfusa tal-Qrun Twil taċ-Ċitru hija | insett pjuttost kbir fid-daqs, minn 21 sa 37 millimetru twil. Huwa ta’ lewn iswed b’marki bojod li huma varjati. L-antenni huma itwal minn ġisimhom, u huma suwed bi strixxi bojod jew blu ċar. |
| Il-Ħanfus tal-Qrun Twil taċ-Ċitru jqatta’ | l-biċċa l-kbira ta’ ħajtu (li tvarja minn sena sa sentejn fl-Asja) bħala larva ġewwa z-zokk tas-siġra jew fl-għeruq. Għaldaqstant, ftit jew xejn ikun hemm ħjiel tal-preżenza tal-larva ġos-siġra. |
| L-iktar sintomi evidenti ta’ dan l-insett | huma toqob minn fejn joħorġu l-insetti adulti, li tipikament dawn it-toqob ikollhom dijametru ta’ madwar 6 sa 11–il millimetru, u normalment issibhom mal-bażi taz-zokk tas-siġra, jew saħansitra taħt il-livell tal-ħamrija. |
| L-insett adult issibu l-iktar fix-xhur ta’ | Lulju u Awwissu, imma ġieli nstab barra minn dawn ix-xhur, minn Mejju sa Ottubru. |
Id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti qiegħed iħeġġeġ lill-pubbliku biex jirrapporta jekk jara dan l-insett jew sintomi suspettużi li jistgħu jkunu kawża tal-ħsara magħmula minnu. Iktar dettalji fuq il-bijoloġija u sintomi ta’ dan l-insett jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti (www.planthealth.gov.mt). Min ikollu xi rapport għandu jċempel fuq 25904312 jew 23397222/3.
Other Press Releases:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976