KAMPANJA TAT-TILQIMA KONTRA L-INFLUWENZA, 2008
pr1242
09/09/2008
| Bħal | snin oħra id-Diviżjoni tas-Saħħa tixtieq tfakkar lill-pubbliku dwar il-bżonn li wieħed jitlaqqam kontra l-influwenza staġjonali. |
| Anki din is-sena | id-Dipartiment tas-Saħħa Primarja se joffri din it-tilqima mingħajr ħlas lil: |
· kull min għandu iżjed minn 55 sena
· kull min qed ibati minn mard kroniku tal-pulmun, tal-qalb, tal-fwied, tal-kliewi, tad-dijabete u mard relatat ma’ l-immunodefiċjenza bhal-HIV jew l-AIDS.
· residenti kollha fl-Istituzzjonijiet.
| Kull min jitlob | it-tilqima minħabba mard kroniku, għandu jippreżenta jew il-kartuna is-safra jew ċertifikat mediku reċenti. |
| Bħas-snin l-imgħoddija | bosta Kunsilli Lokali u tobba fil-privat se joffru dan il-vaċċin mingħajr ħlas lil min hu eliġibbli għat-tilqima b’xejn. Għalhekk il-pubbliku hu mitlub javviċina mill-aktar fis possibbli l-Kunsill Lokali jew it-tabib tiegħu għal aktar informazzjoni. Min ser jagħmel użu minn dan is-servizz għandu jagħti d-dettalji tiegħu biex jiġi aċċertat numru adekwat ta’ tilqim. |
| Apparti dawn l-arranġamenti, | wieħed dejjem jkun jista’ jitlaqqam fiċ-Ċentru tas-Saħħa li jaqdi l-lokal. Dawk li għal xi raġuni jew oħra ma joħorġux mid-dar jistgħu jitolbu lit-tabib sabiex jagħmel arranġamenti biex jitlaqqmu f’darhom stess mill-infermiera tal-komunità. |
| Min ser jieħu t-tilqima | miċ-Ċentri tas-Saħħa, huwa mgħarraf li din ser tingħata bejn it-Tnejn, 3 ta’ Novembru u s-Sibt, 22 ta’ Novembru. |
| Importanti li | ħadd m’għandu jitlaqqam qabel Novembru għaliex jekk it-tilqima tittieħed kmieni wisq, din ma tipprovdix il-protezzjoni meħtieġa. |
Other Press Releases:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976