Left arrow Go Back

LAQGĦA MAS-SINDKI – 5 u 6 TA’ SETTEMBRU 2008

pr1240
Date Icon 06/09/2008
Fi tmiemlaqgħa tas-Sindki organizzata mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li kienet mifruxa fuq jumejn, is-Segretarju Parlamentari għal Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni l-Onor. Chris Said qal li l-Kunsilli Lokali, li ġew introdotti ħmistax–il sena ilu, bdew bħala esperiment u llum huma realtà pożittiva fi 68 lokalità.  Chris Said qal li l-Kunsilli Lokali huma esperjenza pożittiva fil-lokalitajiet kollha, u l-ibliet u l-irħula f’Malta u f’Għawdex qed igawdu minn diversi inizjattivi li jvarjaw minn proġetti infrastrutturali għal inizjattivi soċjali, kulturali u edukattivi.
It-tematal-laqgħa kienet ir-riforma tal-Kunsilli Lokali u s-Segretarju Parlamentari qal li filwaqt li nirrikonoxxu t-tajjeb li ħareġ s’issa mill-Kunsilli Lokali, wasal iż-żmien li naraw kif nistgħu ntejbu l-operat tal-istess Kunsilli.  Chris Said qal li l-għan tar-riforma hu li l-Kunsilli Lokali jkunu verament effettivi sabiex jilħqu l-aspirazzjonijiet tar-residenti.
Bħalissagħaddej proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa dwar din ir-riforma.  Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni ltaqa’ mal-Kunsilli Lokali kollha f’Malta u Għawdex u qed ikompli jiltaqa’ ma’ numru ta’ entitajiet u assoċjazzjonijiet fosthom l-MHRA, il-Unions, il-Kulleġġi tal-Kappillani, studenti, anzjani, għaqdiet ambjentali, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, l-Assoċjazzjoni tas-Segretarji Eżekuttivi u l-Awditur Ġenerali.
Minn barradawn il-laqgħat, il-pubbliku qed ikollu l-opportunità li jwassal is-suġġermenti tiegħu permezz tal-posta, website, e-mail u freephone.  Il-ġimgħa d-dieħla se ssir ukoll it-tielet laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma tal-Kunsilli Lokali.
Il-propostili daħlu s’issa u qed ikomplu jidħlu huma ħafna.  Fost dawn il-proposti hemm dawk dwar it-terminu tal-Kunsilli Lokali, tibdil fil-formola tal-allokazzjoni finanzjarja, fondi għal proġetti speċjali, aktar servizzi offruti mill-Kunsilli Lokali, possibilità ta’ Sindku fuq bażi full time, sinerġija u koperazzjoni akbar ma’ dipartimenti u entitajiet pubbliċi, u għajnuna mill-Gvern sabiex il-Kunsilli Lokali jibbenefikaw aktar minn programmi u inizjattivi tal-UE.
Dwar l-għajnunali l-Kunsilli Lokali jistgħu jieħdu mill-Unjoni Ewropea, Chris Said qal li f’dan is-settur kull ġurnata hija importanti u għalhekk ġie deċiz li l-inizjattivi jittieħdu minn issa u mhux wara li jagħlaq il-proċess ta’ konsultazzjoni. Għal dan il-għan il-MEUSAC waqqaf unit li jwassal l-informazzjoni dwar programmi u inizjattivi tal-UE li minnhom jistgħu jibbenefikaw il-Kunsilli Lokali.  L-istess unit se jkun qed jgħin ukoll lill-Kunsilli Lokali biex jimlew l-applikazzjonijiet għall-finanzjament.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

More Press Releases Right arrow