Left arrow Go Back

KORSIJIET TA’ GHARFIEN FIL-QASAM TAL-KURA TAD-DEMENTIA

pr1235
Date Icon 04/09/2008

Minn 52,128 anzjan f’Malta, madwar 4,000 hu maħsub li għandhom din il-kundizzjoni

·        Persuni ta’ 90 sena għandhom possibbilta’ ta’ 33 fil-mija li jibdew ibatu minn Dementia

Riċentement il-Ministerugħall-Politika Soċjali flimkien mas-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ organizzaw korsijiet ta’ taħriġ għal persuni interessati fil-kura tad-Dementia. Dawn il-korsijiet, li bħala Project Leader kellhom lil Dr Ray Xerri, setgħu iseħħu bl-għajnuna tal-Programm ta’ Fondi Strutturali għal Malta 2004-2008 tal-Unjoni Ewropea bħala parti mill-European Social Fund (ESF).
L-ewwel kors li kieninawgurat minn Dr. Stephanie Xuereb, Direttur għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ u Ms. Marjorie Bonello, Project Manager, kien ikopri attendenza selettiva ta’ madwar 30 parteċipant f’kull sessjoni. Fost il-parteċipanti attendew numru ta’ Nursing Managers, Nursing Officers, Head of Services u Enrolled Nurses fost l-oħrajn rispettivament.
Il-korsijietkellhom bħala tema: ‘Implementing person-centred practices’ u ‘Dementia care nursing - Promoting best practice in Malta’ rispettivament. Fi tmiem kull kors, Dr. Stephanie Xuereb, Direttur tad-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunita’ ppreżentat ċertifikati lil parteċipanti li segwew dawn il-korsijiet.
Minħabbafis-suċċess li kellhom dawn il-korsijiet, tliet korsijiet oħra dwar l-istess tema issa se jkunu organizzati lejn it-tielet ġimgħa ta’ Settembru li ġej meta s-suġġetti diskussi f’dawn il-jiem se jkunu qed jistħarrġu aspetti ta’ implimentazzjoni ta’ prattiċi ffukati madwar il-persuna, l-għarfien dwar id-Dementia bħala kundizzjoni, kif ukoll prattiċi tal-kura tad-Dementia minn perspettiva personali.
Ta’ min jgħidli l-kundizzjoni tad-Dementia hi waħda li sfortunatament qed tiżdied, proprju għaliex aktar anzjani qed jgħixu ħajja itwal. Biżżejjed jingħad li persuna ta’ madwar 90 sena għandha possibbilta’ ta’ 33 fil-mija li tibda tbati minn Dementia.
F’pajjiżnabiss, minn popolazzjoni ta’ 52,128 persuna li huma kkunsidrati bħala anzjani, xejn anqas minn 4,000 minnhom hu kkalkulat li proprju għandhom din il-kundizzjoni. Il-problema hi aktar serja milli tidher meta wieħed jaħseb li fl-għoxrin sena li jmiss il-persuni li se jkunu b’din il-kundizzjoni se jirdoppja, proprju minħabba l-avvanzi li qed isiru fil-qasam tas-saħħa madwar id-dinja u li qed joffru l-possibbilta’ li bniedem jgħix aktar.
Dwar dinil-kundizzjoni, ġurnalisti tal-Unit tal-Komunikazzjoni fi ħdan id-Dipartiment tal-Anzjani segwew mill-qrib dawn is-sessjonijiet u kellhom l-opportunita’ jintervistaw uħud mill-parteċipanti, kif ukoll kelliema ewlenin li mexxew dawn il-korsijiet.
Fost dawnRodianne Zammit ħadet il-kummenti ta’ Shirley Law, Project Manager/Associate Trainer miċ-Ċentru għall-Iżvilupp fis-Servizzi rigward Dementia fl-Universita` ta’ Stirling, li kienet apposta Malta biex spjegat fid-dettall x’inhi proprju din il-kundizzjoni u kif persuna jista’ joffri għajnuna u jew ikun ta’ servizz għal persuni bid-Dementia.
Fost l-oħrajnLaw, li ilha f’dan il-qasam għal dawn l-aħħar 30 sena, sostniet li d-Dementia hi kundizzjoni frott mard fil-moħħ normalment ta' natura kronika jew ta' natura progressiva li kulma tmur dejjem tiggrava sa mal-pazjent imut. Sal lum għad ma hemmx kura għaliha.
Fil-bidutal-kors il-kelliema qalet li f'dawn il-jumejn, hi se tgħaddi biżżejjed tagħrif lill-parteċipanti biex sa tmiem il-kors fuq il-post tax-xogħol jibdew jagħmlu differenza. Law saħqet li hi l-attitudni tal-Infermiera u dawk li jieħdu ħsieb il-pazjenti bid-Dementia li proprju għandha tgħin lill-istess persuni jħossuhom aħjar u anqas frustrati, u dan billi jaċċettaw ir-realta’ tagħhom.
Fiż-żewġkorsijiet li saru, il-parteċipanti nghataw ktejjeb biex ikunu jistgħu isegwu aħjar dak li kien qed jintqal, kif ukoll kellhom iċ-ċans li jagħmlu diversi eżerċizzji mill-istess ktejjeb biex jifhmu aktar xi jħoss min jieħu ħsieb pazjent bid-Dementia, kif ukoll dwar kif iħossu l-istess pazjent.
Għal dawn l-eżerċizzjiLaw bdiet billi talbet lil kull parteċipant iżomm f'moħħu pazjent partikolari biex tgħinu aktar fl-istess eżerċizzji. Fl-ewwel jum tal-korsijiet, intwera wkoll filmat qasir fejn l-udjenza ntalbet tinnota min mill-karattri kien ibati mid-Dementia.
Zammitintervistat ukoll uħud fost dawk li pparteċipaw matul dawn il-korsijiet. Fil-fatt bħala kumment komuni jidher li l-każi tad-Dementia f'pajjiżna kulma jmur aktar qed jiżdiedu.
Dawnil-korsijiet intlaqgħu tajjeb ħafna tant li xi wħud minn dawk li attendew stqarrew li korsijiet simili huma importanti, kemm għal min jaħdem mal-persuni li għandhom Dementia, kif ukoll għal pazjenti stess. Sostnew li permezz ta’ dan il-kors tgħallmu affarijiet li qabel ma kinux jafu jew li ma kinux daqshekk ċari minħabba f’nuqqas ta’ informazzjoni.
TlietInfermieri parteċipanti qalu li wara dawn il-jumejn, issa jafu kif għandhom iġibu rwieħhom ma’ dawn il-pazjenti u huma f’pożizzjoni li jidentifikaw it-tipi differenti ta’ Dementia, fejn qabel Dementia kienet titqies pjuttost bħala xi ħaġa ħolistika!
Min naħa l-oħra,Staff Nurse tar-Residenza St Vincent de Paule semmiet li minħabba nuqqas ta’ informazzjoni huma kienu jitfixklu bejn Dementia, Delirium u Depression meta jiġu biex jagħmlu dijanjożi tal-pazjenti. Issa li l-informazzjoni hi ċara jistgħu jaħdmu aħjar u jagħtu l-għajnuna meħtieġa għall-ġid tal-pazjenti afdati lilhom.
Punt litqajjem minn Enrolled Nurse mid-Dar għall-Anzjani tal-Imtarfa kien li, issa min ipparteċipa f’dan it-taħriġ jista’ jifhem verament xi jħoss pazjent li għandu din il-kundizzjoni. Qabel ċerta affarijiet ma kinux jiġu kkunsidrati.
Ħadna wkollkumment mingħand Marjorie Bonello, Project Manager tal-ESF li qalet li hi kuntenta li dan it-taħriġ, imtella’ bil-fondi mill-Unjoni, Ewropea kien ta’ suċċess. Bonello wriet ix-xewqa li dak li ntqal mill-kelliema barranin jibda jintuża fil-prattika fi  sforz biex isir dak it-tibdil mixtieq fil-kura tal-persuni bid-Dementia.
CorinneColeiro intervistat ukoll lil Alan Chapman, Direttur għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ miċ-Ċentru għall-Iżvilupp fis-Servizzi dwar Dementia fl-Universita` ta’ Stirling. Huwa qal li wara sbatax-il sena ta’ esperjenza f’ħidma ma’ senior staff teams, kienet għalih opportunita` interessanti li jiġi hawn Malta jaħdem ma’ nies li jmexxu d-Djar tal-Anzjani f’pajjiżna.
Kompla libl-għarfien u l-esperjenza tiegħu xtaq joffri assistenza lil dawn l-istess parteċipanti sabiex ikunu kapaċi jikkreaw opportunitajiet għall-membri tal-istaff tagħhom biex jitwassal l-aħjar servizz possibbli, dejjem fir-rigward ta’ din il-kundizzjoni.
Lejn tmiemdawn il-korsijiet ħadna wkoll kumment mingħand Dr Stephanie Xuereb, Direttur tad-Dipartiment għall-Anzjani li spjegatilna kif dan it-taħriġ kien ta’ suċċess għaliex offra opportunita` lill-ħaddiema minn diversi gradi biex itejbu l-għarfien tagħhom dwar il-kundizzjoni tad-Dementia.
Xuerebkompliet li tul it-taħriġ saret emfasi fuq patient centered approach – metodu ta’ kif jinħoloq pjan speċifiku għal kull individwu, iżda qalet li mhix ħaġa faċli li jiġi implimentat metodu bħal dan f’istituzzjonijiet kbar bħal tagħna.
Żiedet tgħidli minkejja kollox, dan it-taħriġ offra l-għajnuna lill-parteċipanti li kellhom l-opportunita` li jaqsmu d-diffikultajiet tagħhom flimkien u jwessgħu lil-kapaċitajiet individwali tagħhom permezz ta’ esperjenzi ma’ kull min kien preżenti.
Xuereb urietix-xewqa li kull min ħa sehem f’dan it-taħriġ jibda juża l-għodda li kiseb u jkompli jifrex dan it-tagħlim mal-kumplament ta’ sħabhom kollegi fuq il-post tax-xogħol.

Kif diġa’ ngħad, fuq talba ġenerali, il-korsijiet dwar id-Dementia se jipproċedu wkoll f’Settembru meta aktar kelliema u parteċipanti minn diversi entitajiet lokali mistennija jkomplu jiżviluppaw fuq it-temi diġa’ msemmija bil-għan li lokalment jikber aktar l-għarfien dwar il-kura tad-Dementia. Sadattant, il-pubbliku li jinteressah ikun jaf aktar dwar din il-kundizzjoni jista’ faċilment jikseb aktar informazzjoni billi jidhol fis-sit elettroniku- www.dementia.stir.ac.uk

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

More Press Releases Right arrow