IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI CLYDE PULI JINDIRIZZA KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET DWAR IL-PROGRAMM TAR-REGATTA NAZZJONALI TAT-8 TA’ SETTEMBRU
pr1234
04/09/2008
| “Ir-regatta hija avveniment | kulturali li għandu rabta mat-tradizzjoni u l-istorja ta’ pajjiżna. Għandna naħdmu sabiex din it-tradizzjoni ma tintilifx.” |
| Dan qalu s-Segretarju | Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fejn ġie mħabbar il-programm t’attivitajiet marbuta mar-regatta ta’ Jum il-Vitorja. |
| Clyde Puli qal li japprezza | l-ħidma ma taqta xejn ta’ l-uffiċjali ta’ l-Għaqda Regatta Nazzjonali u l-Kumitat Festi Nazzjonali sabiex tiġi organizzata din it-tellieqa. Huwa rringrazzja wkoll lill-klabbs rispettivi tas-sagrifiċċju tal-membri tagħhom, kif ukoll lill-qaddiefa tal-klabbs differenti għat-taħriġ kontinwu tagħhom. |
| Filwaqt li faħħar | il-kontribut tal-kumpannija Melita fil-qasam ta’ l-isport lokali, Clyde Puli appella lill-media biex tkompli twassal messaġġ pożittiv favur l-isport lokali. Hu spjega li hu permezz tal-media li l-poplu jista’ jirrikonoxxi l-parteċipazzjoni u s-sagrifiċċji ta’ sportivi Maltin. |
| Is-Segretarju Parlamentari | qal li l-Gvern qed ifittex forma ta’ ftehim li permezz tiegħu d-dixxiplini sportivi lokali jingħataw aktar spazju fuq il-media biex dawn ukoll ikunu jistgħu ikomplu jrawwmu d-dixxiplina tagħhom. |
| Finalment Clyde Puli awgura | lill-parteċipanti kollha li ser jieħdu sehem f’din l-edizzjoni u appella biex jirrenja l-element ta’ sportivita’. |
| Fil-konferenza ta’ | l-aħbarijiet tkellem ukoll il-President tal-Kumitat Festi Nazzjonali Nazju Abela. Is-Sur Abela ħabbar li l-Klabbs (“Distretti”) li ser jipparteċipaw huma Bormla, Birżebbuġa, il-Birgu, l-Isla, il-Kalkara, il-Marsa u Marsamxett. Hu spjega kif l-organizzazzjoni tar-Regatta Nazzjonali titlob preparazzjoni kbira minn xhur qabel. Nazju Abela rringrazzja l-Għaqda Regatta Nazzjonali, il-Korp tal-Pulizija, il-Forzi Armati ta’ Malta, id-Dipartiment tad-Dwana, il-VISET p.l.c. il-Malta Maritime Authority u numru ta’ judges li jagħtu s-servizzi tagħhom dakinhar tar-Regatta. |
| Il-konferenza | tal-aħbarijiet kienet indirizzata wkoll minn Malcolm Briffa, Head of Marketing ta’ Melita. Is-Sur Briffa qal li Melita tinsab impenjata bis-sħiħ biex tkompli twassal aktar xandiriet live u esklussivi ta’ avvenimenti sportivi lokali, bħar-Regatta u oħrajn. “Nemmnu li b’hekk nistgħu nikkontribwixxu fl-iżvilupp tal-isports lokali, fit-tisħiħ tal-assocjazzjonijiet sportivi lokali, fil-promozzjoni ta’ l-isports u l-kultura Maltija” qal is-Sur Briffa. |
| “Biex | nassistu l-isforzi tal-Gvern għall-promozzjoni tal-isports, qed noffru spazju lill-assoċjazzjonijiet lokali tal-isports fuq l-istazzjonijiet tagħna. Nistiednu lill-assoċjazzjonijiet sportivi biex jiġu għandna bi proposti dwar kif nistgħu nxandru aktar dixxiplini jew avvenimenti sportivi li jorganizzaw huma minn żmien għal żmien” qal is-Sur Briffa. |
Other Press Releases:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976