Left arrow Go Back

L-ONOR. CHRIS SAID, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U INFORMAZZJONI, JILTAQA’ MAL-GOZO FOOTBALL ASSOCIATION

pr1218
Date Icon 01/09/2008
L-Onor. Chris Said fl-aħħarjiem kellu laqgħa mal-uffiċjali l-ġodda  tal-Gozo Football Association.  F'din il-laqgħa s-Segretarju Parlamentari kellu l-okkażjoni li jiltaqa' u jifraħ lill-President ġdid tal-Assoċjazzjoni Alvin Grech, lill-Viċi President Anton Camilleri u s-Segretarju Ġenerali Joe Bajada. Huwa awguralhom kull suċċess fil-kariga ġdida tagħhom.
Alvin Grech, Presidenttal-Assoċċjazzjoni Għawdxija tal-Football  spjega lill-Onor. Said illi l-Assoċċjazzjoni għandha diversi proġetti immirrati sabiex jitjiebu l-faciltiajiet sportivi fil-Gozo Stadium.  Dan ser iwassal biex ikun jista’ jinfetaħ suq għat-turiżmu sportiv f’Għawdex bil-possibilitajiet ta’ timijiet Nordiċi u mill-Ewropa Ċentrali jitħajru jużaw il-faċilitajiet sportivi anke billi l-klima tagħna hija waħda li tgħin saħansitra fix-xhur tax-xitwa.  Il-Gozo Football Association qed  tfittex li tikofinanzja dawn il-progetti permezz ta' applikazzjonjiet li ser tissottometti għal fondi minn programmi tal-Unjoni Ewropea.
Dott. Said irringrazzjalil-GFA tal-istedina u qal li bħala ex-President tal-GFA għal diversi snin  hu ta’ sodisfazzjon kbir għalih li jiltaqa' mad-diriġenti ġodda tal-Assoċċjazzjoni.  Dott Said qal li issa bit-twaqqif tal-MEUSAC ser ikun hemm persuni imħarrġa apposta, li r-rwol tagħhom ser ikun dak li jassistu organizazzjonijiet bħal-GFA għal talbiet ta' ko-finanzjament.  L-għajnuna tista' tingħata  mill-bidu nett tal-proċess, permezz ta’ għajnuna fil-preparazzjoni tal-applikazzjoni  u l-informazzjoni li tkun meħtieġa li tingħata.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

More Press Releases Right arrow