Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli jindirizza Konferenza ta’ l-Aħbarijiet organizzata mill-Kumitat Olimpiku Malti fI tmiem tal-Logħob Olimpiku

pr1206
Date Icon 28/08/2008
“Ninsab onorat lingħatajt l-opportunita’ li nkun daqstant viċin il-kontinġent Malti waqt l-Olimpjadi f’Beijing. B’din il-preżenza stajt nifhem u nħoss aktar il-polz tal-atleti f’mumenti bħal dawn. B’din il-preżenza stajt noffri l-istess appoġġ morali lill-atleti tagħna, bħal kif kellhom l-atleti ta’ l-fuq minn 200 pajjiż kompetitur ieħor permezz ta’ Ministri u Kapijiet tal-Istat tagħhom.”
Dan qalu s-SegretarjuParlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Clyde Puli waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet organizzata mill-Kumitat Olimpiku Malti fl-okkażjoni ta’ tmiem l-Olimpjadi f’Beijing.
Is-Segretarju Parlamentari rringrazzjalill-Kumitat Olimpiku u lill-atleti kollha. Huwa sostna li dawn taw  l-aħjar tagħhom f’dawn l-Olimpjadi. Hu spjega li r-riżultat miksub minn William Chetcuti kien l-aħjar riżultat qatt miksub fl-Olimpjadi minn atleta Malti, filwaqt li żewġ rekords nazzjonali nkisru fl-għawm. Clyde Puli tenna li l-għajnuna li qed jagħti l-Gvern fejn jidħol l-isport, ċertament li għenet sabiex kompliet titjieb il-prestazzjoni ta’ l-atleti Maltin.
Il-Gvern qiegħed ikompli jħares il-quddiemsabiex jiffaċilita l-aħjar prestazzjonijiet possibli.
Fl-isparar, il-Gvern beda diskussjonijietma’ l-għaqdiet Nazzjonali li jirrapreżentaw dan l-isport biex jinstab sit fejn jista’ jinbena Shooting Range Nazzjonali.
Fil-ġimgħat li ġejjin, il-Gvern serjippreżenta riżoluzzjoni fil-Parlament biex il-‘Matthew Micallef St. John’ Athletics Stadium jgħaddi f’idejn il-Malta Amateur Athletic Association, biex l-istess assoċjazzjoni timmodernizza u ttejjeb l-istess faċilitajiet.
Barra minhekk f’Ottubru li ġej ser jibdax-xogħol ta’ immodernizzar tal-Fitness Centre f’tal-Qroqq, fejn mitt atleta ‘elite’ jingħataw membership għall-valur ta’ €23,300 kull sena.
L-Onor. Clyde Puli żvela li l-Gvern fl-aħħar4 snin (2005 u l-2008) se jkun għadda lill-Kumitat Olimpiku Malti xejn anqas minn €1,360,000 f’assistenza finanzjarja. Dan jeskludi fondi oħra li ingħataw direttament lill-Federazzjonijiet u l-Assoċjazzjonijiet sportivi u fondi minfuqa fuq faċilitajiet.
Clyde Puli tkellem ukoll dwar il-laqgħat likellu f’Beijing fosthom tal-Ministri ta’ l-Isport ta’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-Commonwealth. Is-Segretarju Parlamentari spjega kif f’dawn il-laqgħat sar bdil ta’ ideat u esperjenzi dwar l-użu tal-isport biex jibni l-karattru taż-żgħażagħ u t-tkattir ta’ popolazzjoni b’saħħitha.
Fi tmiem il-Konferenza, s-SegretarjuParlamentari Puli ippreżenta cheque għall-valur ta’ €69,000 bħala parti mill-assistenza li l-Gvern qed jagħti lill-Kumitat Olimpiku Malti matul din is-sena.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

More Press Releases Right arrow