Il-Ministru Censu Galea jerġa’ jikteb lill-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni
Għas-sitt darba f’dawn l-aħħar ġimgħat il-Ministru Censu Galea talab lill-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni, sabiex tinvestiga d-diskors li sar mill-Onor. Joe Mizzi fil-Parlament nhar l-Erbgha, 11 ta’ Lulju, 2007.
F’dan id-diskors l-Onor. Joe Mizzi, taħt il-privileġġi Parlamentari, għamel numru ta’ allegazzjonijiet fil-konfront ta’ mpjegati ta’ l-Awtorita Marittima ta’ Malta, u fil-konfront tal-Ministru Censu Galea.
F’din it-talba għall-investigazzjoni ta’ l-allegazzjonijiet ta’ l-Onor. Mizzi, il-Ministru Censu Galea talab lill-Kummissjoni biex tagħmel l-investigazzjoni tagħha fl-iqsar żmien possibli.
F’din l-aħħar ittra, il-Ministru Galea spjega liċ-Chairman tal-Kummisjoni li din l-investigazzjoni hi meħtieġa, għaliex jidher ċar li l-Onor. Mizzi ser jkompli jabbuża mill-privileġġ Parlamentari, u m’għandu l-ebda ħsieb li jirrepeti barra mill-Parlament dak li qed jgħid u b’hekk ma jistgħux jittieħdu passi legali oħra fil-konfront tiegħu.
Other Press Releases:
PR261967
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta fost...
PR261966en