Left arrow Go Back

“IL-MINISTRU FOSTKOM”

pr1064
Date Icon 11/07/2007

It-tmien laqgħa fis-sensiela “Il-Ministru Fostkom” ser issir nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Lulju.

Din id-darba il-laqgħa se ssir għall-pubbliku tal-Belt Valletta, il-Furjana, tal-Pietà, Gwardamangia, Sta Venera u l-Ħamrun. Il-laqgħa ser issir bejn id-disgħa ta’ filgħodu u nofs in-nhar fl-uffiċċji tal-Kunsill Lokali tal-Furjana.

Il-Ministru Cristina ser tiltaqa’ b’mod individwali ma’ numru ta’ nies li jkunu għamlu  appuntament mal-Customer Care tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali. Min jixtieq jagħmel appuntament għandu jċempel lil Customer Care  fuq in-numru 2590-3006 u jħalli ismu u n-numru tal-karta ta’ l-identità. Dak in-nhar tal-laqgħa il-pubbliku jidħol għall-appuntament mal-Ministru Cristina skond min ikun ċempel l-ewwel.

Minħabba li ma jkunx possibbli li l-Ministru Cristina tiltaqa’ personalment ma’ kulħadd, il-pubbliku se jingħata appuntament ma’ uffiċjali tal-Customer Care tal-Ministeru li ser ikunu mal-Ministru Cristina dak in-nhar. Min jixtieq ikellem lill-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, għandu jispeċifika dan meta jċempel lil Customer Care biex jagħmel appuntament. Min ma jċempilx xorta waħda jista’ jmur fil-Kunsill Lokali u jitniżżel dak il-ħin stess għal appuntament mal-Customer Care aktar tard.

Din hija opportunità fejn il-pubbliku jista’ jiltaqa’ mal-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali fil-lokalità tiegħu stess, f’ambjent fejn ihossu komdu. 

Se jsiru laqgħat oħra f’Malta f’din is-sensiela. Għalhekk il-pubbliku huma mitlub jistenna sakemm il-laqgħa ssir fil-lokalità tiegħu sabiex jagħmel appuntament.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Malta fost l-ewwel pajjiżi li trasponiet id-Direttiva Ewropea dwar it-Trasparenza fil-Pagi

PR261967

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta fost...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow