Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFICCJU TAL-PRIM MINISTRU

pr1040
Date Icon 08/07/2007

Il-Prim Ministru jirreferi għad-diskors tal-Kap tal-Opposizzjoni ta’ dalgħodu li minnu joħroġ ċar illi huwa ma jimpurtaħx mill-isforzi li qiegħdin isiru mill-Gvern biex tissaħħaħ l-amministrazzjoni pubblika u biex jittieħdu l-passi kollha kontra min jinqabad jabbuza. 

Il-fatti jitkellmu waħedhom. L-allegazzjonijiet li saru ġew riferuti lill-Pulizija biex isiru l-investigazzjonijiet. Dawn l-investigazzjonijiet wasslu biex tressqu persuni l-Qorti. Hemm min instab ħati ta’ korruzzjoni u hemm min għandu għaddej proċeduri legali kontra tiegħu. Hemm min irrizulta li għamel akkuzi u allegazzjonijiet kompletament  foloz u bl-iskop biss li jagħmel gwadann finanzjarju.  

Sfortunatament, jidher ċar li l-Opposizzjoni Laburista ma jimpurtaha xejn minn dan, u moħħa biss biex iddawwar l-attakk kontra min qiegħed jaqdi d-dover tiegħu billi jieħu l-passi kontra min jabbuza. 

Il-Gvern ukoll juri solidarjeta’ mal-Kapijiet tad-Dipartimenti tal-Gvern u ta’ l-Agenziji tal-Gvern fl-isforzi tagħhom biex ikollna amministrazzjoni pubblika serja u trasparenti, u jikkundanna l-intimidazzjoni ta’ l-Oppozizzjoni Laburista li qed itellfu dan il-proċess importanti għal pajjizna. 

Jidher ċar li l-problema vera hi li l-Oppozizzjoni m’għandiex viżjoni għal pajjiz, m’għandha ebda pjan għal futur u hija vojta kompletamanet mis-sustanza politika.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

More Press Releases Right arrow