Tnedija tal-Proċess ta’ Konsultazzjoni Pubblika dwar l-aħħar abbozz ta’ l-Istima Ambjentali Strateġika tal-Koperazzjoni ta’ bejn il-Frunteri fl-Istrument Ewropew tal-Viċinat u s-Sħubija – Il-Programm tar-Reġjun tal-Baħar Mediterran 2007 – 2013
Il-pubbliku ġenerali u dawk kollha interessati huma mistiedna sabiex jissottomettu il-kummenti u r-reazzjonijiet tagħhom dwar ir-Rapport ta’ l-Istima Ambjentali Strateġika u l-aħħar abbozz tal-Programm Operativ tal- Kooperazzjoni ta’ bejn il-Fruntieri fl-Istrument Ewropew tal-Viċinat u s-Sħubjia – Il-Programm tar -Reġjun tal-Baħar Mediterran 2007 – 2013 (ENPI CBC MED).
Il-Programm ENPI CBC MED 2007 – 2013 jipprovdi qafas għall-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ bejn il-fruntieri u ta’ koperazzjoni fil-kuntest tal-Politika tal-Viċinat Ewropew, li jinvolvu l-iStati Membri ta’ l-UE u pajjiżi Sħab.
L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jipprovdi bażi soda għall-ħolqien ta’ proċess ta’ koperazzjoni sostenibbli u armonjuża fir-reġjun tal-Baħar Mediterran billi jitratta t-temi komuni u jsaħħaħ il-potenzjal intern tar-reġjun. Il-Programm ENPI CBC MED 2007 – 2013 huwa ko-finanzjat mill-Fond Ewropew ta’ l-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u mill-allokazzjonijiet finanzjarji taħt ir-raba Intestatura tal-baġit tal-KE, u għandu baġit totali ta’ € 171 miljun li jkopri l-perijodu 2007 – 2013.
Skond l-Artiklu 6 tad-Direttiva 2001/42/KE kif inluża fl-Avviż Legali 418/2005 u bl-Artiklu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006, il-programm flimkien mar-rapport ambjentali li jmur miegħu jridu jkunu disponibbli għall-konsultazzjoni pubblika lill-awtoritajiet ambjentali u l-pubbliku ġenerali.
L-istima Ambjentali Strateġika għall-Programm Operattiv ENPI CBC MED 2007 – 2013 jista’ jinkiseb mis-sit elettroniku tal-Kordinatur Nazzjonali tal-Programm ENPI CBC MED, li huwa d-Diviżjoni għall-Ko-ordinazzjoni ta’ l-Ippjanar u l-Prioritajiet, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Malta: www.ppcd.gov.mt kif ukoll mis-sit tal-Awtorita’ ta’ l-Immaniġġjar Konġunta tal-Programm: http://www.regione.sardegna.it/speciali/enpicbc/en.
Il-Kummenti jistgħu jintbgħatu lis-SEA Audit Team fuq l-indirizz tal-posta elettronika sea_audit_team@gov.mt jew bil-posta lid-Dott. Inġ. Christopher Ciantar, SEA Audit Team, c/o Ministeru ta’ l-Affarijiet Rurali u ta’ l-Ambjent, Barriera Wharf, Valletta, sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 10 ta’ Awwissu 2007.
Other Press Releases:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966