PREZZIJIET TAŻ-ŻJUT GĦALL-KONSUM
Kif tħabbar f’Novembru 2005, ir-reviżjoni tal-prezzijiet taż-żejt mibjugħa għall-konsum issir kull xahar u tinħadem fuq il-prezz li l-Korporazzjoni Enemalta tkun ħallset għall-aħħar kunsinji tal-prodotti meta dawn jiġu impurtati minn barra l-pajjiż.
Il-prezzijiet internazzjonali tal-petrol, kerosene u diesel matul Ġunju, mxew kif gej :



Din it-tendenza internazzjonali għal ċaqlieq ta’ prezzijiet twassal li fuq bażi ta’ kunsinji li saru lill-Enemalta, il-prezzijiet ta’ prodotti taż-żejt qed jinbidlu kif gej:
Table 1
Prezz f’ Ġunju, 2007 | Prezz mill- 1 ta’ Lulju, 2007 | Differenza fil-prezz Ġunju u Lulju 2007 | |
| Petrol bla Ċomb (kull litru) | 45c6 / €1.062 | 46c3/ €1.079 | 0c7/ €0.017 |
| Lead Replacement Petrol (kull litru) | 48c6 / €1.132 | 49c3/ €1.149 | 0c7/ €0.017 |
| Diesel (kull litru) | 39c3 / €0.916 | 41c9/ €0.976 | 2c6/ €0.060 |
| Pitrolju (kull litru) | 39c9 / €0.930 | 41c7/ €0.972 | 1c8/ €0.042 |
| Light Heating Oil (kull litru) | 24c1/ €0.561 | 25c6/ €0.596 | 1c5 / €0.035 |
| Thin Fuel Oil 200 deg. (kull tunnellata) | Lm140 / €326.2 | Lm149/ €347.17 | Lm9.00 / €20.97 |
| Thin Fuel Oil 450 deg. (kull tunnellata) | Lm134.50 /€313.38 | Lm145.50/ €339.01 | Lm11.00/ €25.63 |
| Thin Fuel Oil 950 deg. (kull tunnellata) | Lm126.50 / €294.745 | Lm140/ €326.20 | Lm13.50 / € 31.455 |
Fil-każ tal-prodott tal-petrol, iċ-ċaqlieq jinkludi t-tnaqqis fis-sisa fuq dan il-prodott (0c125 minbarra VAT) li huwa tnaqqis mis-sisa tranżitorja tal-fuel surcharge fuq l-elettriku.
Dawn il-bidliet ikunu effettivi mit-2 ta’ Lulju, 2007.
Other Press Releases:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966