DISKORS MILL-PRIM MINISTRU, L-ONOR LAWRENCE GONZI FL-OKKAZJONI META L-ISPTAR MATER DEI SE JGHADDI GHAND IL-GVERN MALTI
Nixtieq nibda’ billi nirringrazzja lil dawk kollha li tkellmu qabli.
Marion u Moira nirringrazzjakom ta’ l-impenn tagħkom u ta’ l-impenn tal-ħaddiema kollha ta’ dan l-Isptar Mater Dei li intom tirrapprezentaw.
Huma nies bhalkom li imlewna bid-determinazzjoni li lkoll kellna nuru halli naslu sallum. Aktar importanti minn hekk – huma nies bhalkom li jimlewna bil-kuragg halli nkomplu nirbhu l-isfidi li ghad irridu niffaccjaw fil gejjieni. Grazzi.
Nirringrazzja b’mod specjali lil Vicky li qasmet maghna r-riflessjonijiet personali taghha li fihom gabret l-elementi essenzjali ta’ l-isfidi li ghandna quddiemna. Hi spjegat xi jhoss minn jigi bzonn is-servizzi tas-sahha ta’ pajjizna u dan setghet tispjegah ahjar minn kullhadd ghaliex hi ghandha l-esperjenza ta’ min hu professjonist u pazjent fl-istess hin.
Lil shabi Louis u Tonio, nirringrazzjkom minn qalbi tal-mod kif ħdimtu flimkien biex wasalna għaċ-ċelebrazzjoni tal-lejla. Ilkoll kemm intom għandkom għaliex il-lelja tiċċelebraw. Maghkom nghaqqad lil kull min ta’ xi kontribut biex illum nistghu flimkien nifthu kapitolu gdid fl-istorja ta’ dan l-isptar – pagni godda li fihom ser jitnizzlu l-avvenimenti personali ta’ eluf ta’ pazjenti li ghad iridu jibdew imissu mas-servizzi moghtija f’dan l-isptar fix-xhur u fis-snin li gejjin.
Jiena nghodd dan il-mument tal-lejla bhala wiehed specjali fl-esperjenza politika taghna lkoll. Huwa specjali ghaliex illum qieghdin naghtu sura fizika lil valur ewlieni li ghandu jibqa jdawwal il-politika f’pajjizna. Dan hu l-valur tas-solidarjeta`.
Huwa proprju ghalhekk li niddeskrivi dan l-isptar mhux bhala xi progett tal-Gvern izda bhala progett li jwettaq b’mod konkret konkret il-valur ewlieni fil-bini tas-socjeta` taghna.
Nenfasizza dan il-hsieb illum, ghaliex bdejna nisimghu f’pajjizna diskors li ma jdoqqx sewwa ma dan il-valur li minn dejjem kien is-sinsla tal-identita tal-poplu Malti u Ghawdxi.
Dan l-isptar inbena bil-kontribuzzjoni ta’ dawk li hallsu t-taxxi, bil-ghaqal ta’ min gharaf ifassal dan il-bini u bl-impenn ta’ dawk li hadmu u stinkaw biex wasalna hawn.
F’ismi u f’isem il-Gvern nixtieq nirringrazzjakom ilkoll.
F’dan il-bini hafna generazzjonijiet ta’ Maltin ser jibdew hajjithom fostna. Hafna ohrajn ser jircievu l-kura taghhom sabiex ikunu jistghu jghixu l-hajja li tixirqilhom. Eluf ta’ hutna Matin ser jidhlu b’qalbhom imtaqqla imma johorgu minn hawn ikkurati u b’sahhithom. Eluf ohra ta’ Maltin ser jistinkaw u jimpenjaw ruhhom sabiex jaghtu l-ahjar servizz lil min ser ikun ghaddej minn zmien iebes u difficli. X’ghad irid jara dan il-bini!
Illum wasalna hawn. Nirringrazzja lil dawk li hadmu u ma qatghux qalbhom biex wasalna fejn qeghdin.
Madanakollu l-impenn ewlieni u l-isfida vera taghna ser tibda issa. Ghandna bini sabih u progett mill-aqwa. Biss issa rridu naghtuh in-nifs tal-hajja. U dan in-nifs irid jigi minghand kulhadd. Ninsab cert li l-management, il-konsulenti u t-tobba, in-nurses, il-midwives, il-fizjoterapisti, l-occupational therapists, it-terapisti tal-kommunikazzjoni u l-lingwa, is-social workers, il-psikologisti, il-paramedici, l-istaff ancillari u l-NGOs lkoll determinati biex flimkien mal-pajjiz kollu naghtu hajja lil din il-kostruzzjoni u minn bini mejjet naghmluh centru ta’ fejqan u hajja.
Centru fejn l-għażla tal-poplu Malti favur il-ħajja ssir il-missjoni ewlenija tal-ħidma tagħna.
Nitlobkom tippermettuli naqsam maghkom zewg punti kif nistghu flimkien naghtu hajja lil dan il-bini.
L-ewwelnett irridu li f’kull decizjoni li niehdu u f’kull pass li naghtu, inqieghdu lill-persuna li ghandha bzonn is-servizzi taghna fl-ewwel post u fic-centru tal-attenzjoni taghna. Warajja ghandi binja attrezzata u mghammra bl-aktar apparat sofistikat li jezisti bhalissa fid-dinja - Imma dan kollu m’huwa xejn hlief ghodda sabiex inwennsu lit-tifel li huwa marid, li nservu lit-tfajla li ghaddejja minn marda serja u li naqdu lil dik il-persuna li kieku ma nidhlux ahna ser tispicca titlef sahhitha jew hajjitha. L-eluf ta’ haddiema eċċellenti u dedikati taghna għandhom fil-quccata tal-valuri taghhom, dan il-hsieb u dan l-impenn: kif ser naghtu l-aqwa u l-ahjar servizz lil kull persuna li ser tigi ghas-servizzi tas-sahha hawnhekk.
It-tieni punt huwa li ghandna nahdmu flimkien. Ilkoll ghandna rwol importanti f’dan l-isptar u dan ir-rwol hadd ma jista’ jaghmlu minn flokna. Semmejt lill-professjonisti, lill-istaff ancillari u lill-management. Dawn huma lkoll importanti u lkoll irridu nahdmu flimkien ghaliex, kif ghadni kif ghidt, ghandna centru wiehed, cioe` il-pazjent.
Irrid nirrimarka li dan l-isptar ser ikollu attur gdid, cioe` l-NGOs li b’mod organizzat, strutturat u ppjanat ser jaghtu s-servizzi taghhom. Nixtieq nirringrazzjhom u nawgura li huma wkoll jissiehbu mal-professjonijiet li semmejt halli jkollna centru ta’ fejqan aktar shih.
Irrid nikkonkludi dan id-diskors tieghi billi nislef punt li ghamlet Vicky waqt id-diskors taghha. Hi qalet illi s-servizzi tas-saħħa waħedhom ma kienux biżżejjed biex igħinuha terġa’ tibni ħajjietha mill-ġdid wara l-inċident tagħha. Fi kliem iehor kienet qieghda tghidilna li l-fejqan sħiħ huwa dak li jiġbor madwaru s-sapport kollu li hemm bżonn biex kull persuna tgħix l-aqwa kwalita ta’ ħajja possibbli.
Snin ilu bdejna t-triq li wasslitna s’hawn. Illum ser naghtu l-ewwel pass fit-triq li ser tkun hafna itwal, it-triq fejn dan il-bini jiehu l-hajja u jaghti l-hajja. Ejjew ilkoll flimkien inkomplu naghmlu l-ahjar li nistghu biex lil-poplu taghna naghtuh dak li jixraqlu – l-aqwa u l-ahjar.Other Press Releases:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966