DISKORS MINN MS VICKIE GAUCI, WAHDA MILL-HADDIEMA TA’ L-ISPTAR SAN LUQA FL-OKKAZJONI META L-ISPTAR MATER DEI SE JGHADDI GHAND IL-GVERN MALTI.
Onorevoli Prim Ministru, Sinjuri Distinti, Sinjuri
Insellmilkom.
Nistqarr li meta gejt mitluba biex naqsam maghkom xi hsibijiet f’isem dawk kollha li juzaw is-servizzi ta’ l-isptar, hassejtni onorata u fl-istess hin hassejt ir-responsabilta’ li nesprimi tassew ix-xewqat u l-hsibijiet l-aktar importanti ta’ dawn il-persuni kollha, f’okkazjoni hekk unika ghal pajjizna bhal m’hi din tal-llum.
L-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lil kull min hadem bis-shih biex dan l-isptar isir realta’. Kemm bhala occupational therapist u wkoll bhala pazjenta, esperjenzajt iz-zewg nahat tal-munita : x’jigifieri tghaddi hinijiet twal go l-isptar.
Meta kont pazjenta, l-aktar li niftakar huma dawk il-persuni, minn professjonisti sa impjegati oħra li jaghtu servizzi indiretti mal-pazjent, li jahdmu mhux biss b’hila kbira imma wkoll b’mod uman, b’mod li jaghti dinjita’ u rispett lejn min qed jircievi s-servizz … dawk li ttrattawni ta’ persuna l-ewwel u qabel kollox u mhux biss kaz jew numru ta’ sodda.
Forsi mhux b’kumbinazzjoni illi dan l-isptar gdid qieghed jigi inawgurat fis-Sena Ewropeja ta’ l-Opportunitajiet Indaqs ghal Kulhadd. Is-slogan li “Ahna Lkoll Indaqs” mhix ghajta vojta imma, irridu jew ma rridux, hi verita’.
Ilkoll kemm ahna f’mument jew iehor ta’ hajjitna ser nghaddu minn mard mhux mistenni, jew minn incidenti li jibdlulna hajjitna. Il-fatt, per ezempju, li nahdmu go sptar ma jfissirx li ahna mehlusa minn dan kollu. Dan nista’ nghidu mill-esperjenza tieghi stess!
Se jigu f’kuntatt ma’ dan l-isptar u min jahdem fih, persuni minn kull stat tal-hajja, ta’ kull eta’ u razza. Ghalhekk hemm bzonn li nnehhu minn mohhna kull pregudizzju li jista’ jkollna lejn persuni li, skond ahna, huma inferjuri ghax b’xi mod huma differenti minna. Ejjew ma nharsux lejn il-kulur tal-gilda, id-dizabilita’, l-orjentazzjoni sesswali, l-eta’, il-generu, r-religjon … izda nharsu lejn il-persuna umana shiha!
Xi kultant, forsi bla ma rridu, r-relazzjoni bejn professjonist/a u pazjent issir wahda ta’ poter u b’hekk jinholoq zbilanc fil-mod kif ingibu ruhna ma’ xulxin. F’dan il-kuntest, tajjeb li niftakru li l-ugwaljanza tissarraf ukoll f’dinjita’ umana.
Ghalhekk, illum qed nistedinkom biex flimkien bhala professjonisti, niftakru li l-aktar haga li tkun tixtieq persuna li qieghda b’mod jew iehor tinqeda mill-isptar, hija li tigi ttrattata b’mod dinjituz. U dan ma jghoddx biss ghall-isptar imma ghal kull post fejn ahna qeghdin naqdu lill-persuni.
Ukoll, f’dan l-isptar ser isehhu mumenti unici fil-hajja ta’ persuna. Mumenti ta’ ferh, bhal meta titwieled xi tarbija, bhal meta xi operazzjoni difficli tirnexxi, jew inkella meta jsir progress wara marda jew incident. Izda ser isehhu wkoll mumenti ta’ niket, bhal meta titwieled tarbija b’dizabilita’, bhal meta tintilef persuna ghaziza, bhal meta tinghata ahbar ta’ mard terminali.
F’dan kollu hemm rwol essenzjali ta’ kull min jahdem go dan l-isptar, illi nghixu ma’ dawn in-nies dawn l-esperjenzi. Konvinta li haga mportanti f’dawn il-mumenti hija l-komunikazzjoni: il-mod kif tinghata l-ahbar, il-mod kif jigi spjegat il-mard jew ir-rizultati tat-testijiet.
Huwa minnu li hafna drabi hija l-pressjoni tax-xoghol li ggieghlna ninsew dak li b’intenzjoni tajba nkunu dhalna ghalih bhala haddiema fi sptar, izda niftakru wkoll li l-persuna li tkun ghaddejja minn dan il-mument tkun mifxula, mitlufa u mnikkta u ghalhekk tkun trid li l-ahbar tinghata bl-aktar mod kalm u sensittiv, u fl-istess waqt f’post kemm jista jkun privat. Wara li tinghata l-ahbar, il-persuna tkun trid gwida dwar x’servizzi jezistu biex jghinuha tghix din l-esperjenza gdida. Ahna il-professjonisti ghandna id-dmir li lill-pazjent u l-familja naghtuhom kemm farag u kemm tama!
Imma barra milli jien professjonista, jien ukoll persuna b’dizabilita’. Hawnhekk irrid naghmel distinzjoni f’xogholna bejn persuni li jkollhom kundizzjoni temporanja u dawk bhali li ghandna kundizzjoni permanenti, u/jew kronika. It-tendenza ghall-professjonist huwa li l-kundizzjoni medika u l-persuna jsiru haga wahda. Imma dan m'ghandux ikun!
Ħajti għalmitni li trid issir distinzjoni bejn it-tnejn biex l-ewwel u qabel kollox naraw u nittrattaw il-persuna. Filwaqt li l-interventi medici huma necessarji ... l-aspett mediku mhuwiex il-bidu u tmiem ta' hajjitna. Aktar minn kundizzjoni medika, bhala persuni b’dizabilita, l-ewwel u qabel kollox ahna individwi, cjoe’: tfal, studenti, haddiema, mahbubin, genituri, anzjani, ecc.
Mhux biżżejjed li s-servizzi tas-saħħa żammewni ħajja wara l-inċident li kelli, u ta’ dan jiena grata ħafna. Kelli bżonn ħafna aktar minn hekk biex nerġa’ nibda nibni ħajti mill-ġdid.
Tkellimna fuq min jahdem fl-isptar, issa ha nghidu kelma lil min se juza l-isptar, l-aktar bhala pazjent, jew membru tal-familja tieghu. Kull min ser jidhol biex jiehu xi servizz minn dan l-isptar, irid jiftakar li m’ghandux biss drittijiet, izda ghandu wkoll dmirijiet. Dan l-isptar huwa taghna lkoll, ghalhekk ejjew niehdu hsiebu bhalma niehdu hsieb id-djar taghna. Kulhadd igawdi jekk il-post jibqa’ mghammar u nadif bhalma qed narawh illum. U ahna rridu niftakru li l-haddiema ta’ l-isptar huma bnedmin ukoll u ghalhekk rridu ngibu ruhna maghhom kif nistennew li huma jgibu ruhhom maghna.
Nixtieq nispicca b’appell ckejken, kemm lilna li ser nibdew nuzaw dan l-isptar gdid kif ukoll lil dawk kollha li ser jahdmu fih: ikun ghalxejn li jkollna sptar u apparat mediku state of the art jekk l-attitudni u l-imgieba taghna lejn kull ma hemm gewwa l-isptar u lejn kull min niltaqghu mieghu f’Mater Dei ma tkunx ukoll wahda state of the art!
Grazzi
Other Press Releases:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966