DISKORS MINN MS MOIRA GRIXTI, IL-HADDIEMA TAS-SENA TA’ L-ISPTAR SAN LUQA FL-OKKAZJONI META L-ISPTAR MATER DEI SE JGHADDI GHAND IL-GVERN MALTI.
Onorevoli Prim Ministru, Mistednin distinti, Kollegi,
Ftit gimghat ilu hassejtni ferm onorata li gejt maghzula bhala il-haddiema tas-sena ta Sptar San Luqa. Inhossni ferm kommossa li ghat-tieni darba, fi ftit zmien, gejt onorata billi f’mument storiku daqstant importanti gejt maghzula biex nirrapprezenta lill-haddiema fil-qasam tas-sahha,. Nassigurakom li ser nibqa nghozz dan il-mument tul hajti kollha.
Lill-hinn mill-unuri, nemmen li l-haddiema kollha fil-qasam tas-sahha, kull wiehed u wahda minnha, kollha rebbihin.
Rebbihin, ghaliex ghandna s-sodisfazzjon li tul iz-zmien dejjem ghamilna l-almu taghna biex noffru servizz ta kura eccellenti. U ghal dan gejna rikonoxxuti, sahansitra, mill-Organizzazjoni Dinjija tas-Sahha, li hasset li ghandha tikklassifikana fost l-aqwa fid-dinja.
Izda llum ninsabu rebbihin ukoll ghaliex, bl-inawgurazzjoni ta sptar ta’ klassi mondjali u b’apparat bl-aktar teknoloġija moderna, ghandna l-opportunita li inkomplu ntejjbu s-servizz li diga noffru. Dan huwa progett nazzjonali li se jgawdi minnu kulhadd: l-istaff, il-vizitatur u fuq kollox il-pazjent.
Kull suċċess li ser nagħmlu minn dan l-Isptar ser ikun is-suċċess tal-poplu Malti u Għawdxi kollha. Ejja naħdmu lkoll flimkien biex niżguraw dan is-suċċess.
Jiena dejjem qist lil Sptar Mater Dei bhala sensiela ta sfidi u opportunitajiet, u jien ninsab certa li flimkien ma’ shabi se nidhlu ghal din l-esperjenza gdida b’entuzjazmu, b’dedikazzjoni u b’determinazzjoni li nirnexxu. Dan ghaliex, bhala professjonisti, fermament nemmnu li l-pazjent jigi l-ewwel.
Grazzi.Other Press Releases:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966