Left arrow Go Back

IGI TTERMINAT L-IMPJIEG TAŻ-ŻEWĠ UFFIĊĊJALI TA’ L-ADT INVOLUTI F’KAŻ TA’ TIXĦIM

PR0975
Date Icon 27/06/2007

Waqt laqgħa tal-Bord ta’ l-ADT il-bieraħ, 26 ta’ Ġunju, ġiet rikonfermata d-deċiżjoni li l-Bord kien ħa fi Frar li għadda li jiġi terminat l-impjieg taż-żewġ uffiċċjali nvoluti fil-każ ta’ tixħim fl-eżamijiet tas-sewqan. Id-deċiżjoni tat-terminazzjoni meħuda fi Frar kienet ġiet sospiża fid-dawl ta’ rappreżentazzjonijiet legali taż-żewġ uffiċċjali nvoluti fejn talbu differiment tad-deċiżjoni sakemm jiġi konkluż il-proċess tat-talba għall-maħfra mill-interdett perpetwu tagħhom, kif kien ġara f’każ simili dwar impjegat tal-ADT xi sentejn ilu.

Id-deċiżjoni tal-bieraħ ittieħdet fid-dawl tar-risposta uffiċjali tal-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern, fejn l-ADT ġiet informata li t-talba minn dawn iż-żewġ persuni għall-maħfra mill-interdett ġenerali perpetwu kienet qegħda tiġi “arkivjata” (jiġifieri mhux milqugħa). Din kienet l-ewwel opportunità li l-Bord tal-ADT seta’ jittratta dan il-każ fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern, wara li l-Bord ta’ l-ADT ġie rikostitwit il-ġimgħa li għaddiet.

Il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq jiċħad dak li deher f’xi ċertu sezzjonijiet ta’ l-istampa li qatt saret xi pressjoni fuq xi uffiċċjal ta’ l-ADT, jew il-Bord tal-Awtorità, sabiex dawn l-impjegati ma jitkeċċewx. Il-fatti kif spjegati hawn fuq juru l-verità.

Il-Ministeru jikkjarifika li d-deċiżjoni tar-riżenja tal-Kap Eżekuttiv ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport m’għandha x’taqsam xejn mat-terminazzjoni tal-impieg taż-żewġ impjegati. Fil-fatt id-deċiżjoni dwar it-terminazzjoni ta’ dawn l-impjegati ttieħdet mill-Bord qabel mal-Kap Eżekuttiv ta’ l-Awtorità informa lill-Bord bid-decizjoni tar-riżenja tiegħu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

More Press Releases Right arrow